EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-iżgurar ta’ kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi li ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 — dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kontrolli tal-kummerċ

  • L-importazzjoni ta’ eżemplari ta’ speċi fil-periklu fl-UE tenħtieġ permess maħruġ minn awtorità tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni jew notifika ta’ importazzjoni.
  • L-esportazzjoni mill-UE tenħtieġ permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni maħruġ minn awtorità tal-Istat Membru fejn jinsabu l-eżemplari.
  • Katergoriji ta’ speċi huma deskritti fl-Annessi A sa D tar-regolament, li jipprovdu gradi ta’ protezzjoni differenti skont kemm huma f’periklu l-ispeċi.
  • Il-kummerċ tal-ispeċi elenkati fl-Anness A, bħaċ-ċita jew ċerti speċi ta’ cactus, huwa pprojbit, filwaqt li l-moviment ta’ annimali ħajjin minn din il-kategorija fl-UE jenħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.
  • Eżemplari tal-ispeċi elenkati fl-Annessi B u C, bħall-kobra jew ħafna mill-ispeċi tal-orikdej, jistgħu jiġu negozjati jekk ikunu nkisbu b’mod legali u l-volum tal-kummerċ ma jagħmilx ħsara lill-popolazzjonijiet selvaġġi. Il-moviment ta’ annimali ħajjin minn dawn il-kategoriji huma suġġetti għar-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni u akkomodazzjoni u kura adegwata.
  • Jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri f’ċirkustanzi speċifiki, u l-Istati Membri jista’ jkollhom regoli tagħhom stess li jkunu iktar stretti.
  • Regoli speċjali japplikaw għall-eżemplari mwielda u mrobbija fil-magħluq jew li huma r-riżultat ta’ riproduzzjoni artifiċjali, parti minn oġġetti personali jew maħsuba għall-istituzzjonijiet xjentifiċi.

Organizzazzjoni u komunikazzjoni

  • L-Istati Membri għandhom:
    • jinnominaw uffiċċji doganali li jwettqu l-kontrolli;
    • jinnominaw lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u dawk xjentifiċi responsabbli mill-implimentazzjoni;
    • jissorveljaw il-konformità u jippenalizzaw il-ksur;
    • ifasslu rapporti u jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar kwalunkwe rifjut ta’ permessi.
  • Fi Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat pjan ta’ azzjoni kontra t-traffikar ta’ speċi selvaġġi, biex tikkomplementa u tappoġġa l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-kummerċ fi speċi selvaġġi. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi rivedut fl-2022.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Ġunju 1997.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, pp. 1-69)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 338/97 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1587 tal-24 ta’ Settembru 2019 li jipprojbixxi l-introduzzjoni tal-kampjuni ta’ ċerti speċijiet tal-fawna u tal-flora selvaġġi fl-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 248, 27.9.2019, pp. 5-21)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi (COM(2016) 87 final, 26.2.2016)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, pp. 1-3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 lli jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, pp. 13-45)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, pp. 1-69)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 26.08.2021

Top