RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 23-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - GA - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Nomenklatura Magħquda, Tariffa Doganali Komuni u Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric)

In-Nomenklatura Magħquda hija n-nomenklatura tariffarja u statistika tal-Għaqda Doganali. It-Tariffa Doganali Komuni hija t-tariffa esterna applikata fuq prodotti importati fl-Unjoni Ewropea (UE). It-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej issir referenza għaliha bħala Taric. It-Taric tinkorpora l-miżuri kummerċjali kollha tal-UE applikati għall-merkanzija importata u esportata barra mill-UE. Hija amministrata mill-Kummissjoni, li tippubblika verżjoni aġġornata kuljum fuq il-websajt uffiċjali tat-Taric.

ATT

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana [Ara l-att(i) emendatorju(i)].

SOMMARJU

L-għan ta' dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi Nomenklatura Magħquda li tissodisfa t-tariffa Doganali tal-Unjoni u r-rekwiżiti statistiċi u li tinħoloq Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, li ssir referenza għaliha bħala Taric. In-Nomenklatura Magħquda tipprovdi l-aħjar mezz ta' ġbir, skambju u pubblikazzjoni ta' dejta dwar l-istatistiċi kummerċjali esterni tal-UE. Tintuża wkoll għall-ġbir u għall-pubblikazzjoni ta' statistiċi tal-kummerċ estern fil-kummerċ intra-UE.

Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric)

Taric hija t-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej. Tinkludi r-rati kollha tad-dazju doganali u ċerti regoli tal-UE applikabbli għall-kummerċ estern tal-UE. It-Taric għandha dan ir-regolament bħala l-bażi legali tagħha.

It-Taric tappoġġa l-approvazzjoni ta' merkanzija mill-pajjiżi tal-UE. Tipprovdi wkoll mezz ta' ġbir, skambju u pubblikazzjoni ta' dejta dwar l-istatistika kummerċjali esterna tal-UE. Madankollu, din id-dejta mhijiex disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

Nomenklatura Magħquda u t-Taric

Ir-regolament jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija li ssir referenza għaliha bħala n-Nomenklatura Magħquda (NM) biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni u r-rekwiżiti tal-kummerċ estern tal-UE. Hija bbażata fuq il-nomenklatura tas-sistema armonizzata u tissupplimentaha bis-subdiviżjonijiet tagħha stess li ssir referenza għalihom bħala “subintestaturi tan-NM”.

In-Nomenklatura Magħquda hija r-riżultat tal-għaqda bejn in-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni u n-Nimexe (Nomenklatura Statistika tal-UE).

L-Anness I tar-Regolament jiffissa r-rati konvenzjonali tad-dazju, ir-rati ta' xi Tariffi Doganali Komuni awtonomi meta dawn ikunu inqas minn dawk konvenzjonali, u l-unitajiet statistiċi supplimentari.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi t-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric) fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda. Tinkludi subdiviżjonijiet addizzjonali tal-UE, li ssir referenza għalihom bħala “subintestaturi tat-Taric” użati biex jiddeskrivu l-oġġetti u n-numru tal-kodiċi tagħhom, ir-rati tad-dazju doganali skont l-oriġini tal-merkanzija, u ħafna miżuri politiċi kummerċjali.

Kull subintestatura tan-NM għandha numri ta' kodiċi magħmul minn tmien ċifri. L-ewwel sitt ċifri jirreferu għall-intestaturi u s-subintestaturi tas-sistema armonizzata. Is-seba' u t-tmien ċifra jirrappreżentaw is-subintestaturi tan-NM. Id-disa' u l-għaxar ċifra jirrappreżentaw subintestaturi tat-Taric.

L-irwol tal-Kummissjoni

Kull sena, il-Kummissjoni tadotta regolament li jirriproduċi verżjoni kompluta tan-Nomenklatura Magħquda u tar-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni, filwaqt li jitqiesu l-emendi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Ir-regolament huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru. Huwa japplika mill-1 ta' Jannar tas-sena segwenti.

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-pubblikazzjoni u l-ġestjoni kompjuterizzata tat-Taric. Hija tatribwixxi n-numri tal-kodiċi tat-Taric, taġġorna t-Taric, u tinforma lill-pajjiżi tal-UE b'mod elettroniku fuq bażi ta' kuljum bi kwalunkwe emenda.

Proċeduri tal-Kumitat

Fit-twettiq ta' dan ix-xogħol, il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat għall-Kodiċi Doganali, kostitwit mill-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 10 tar-Regolament 2658/87, li jinkludi rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE u li huwa ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Huwa responsabbli għall-eżami ta' kull kwistjoni dwar in-Nomenklatura Magħquda, in-nomenklatura tat-Taric u kull nomenklatura oħra msejsa fuq in-Nomenklatura Magħquda.

REFERENZI

AttDħul fis-seħħSkadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati MembriĠurnal Uffiċjali

Regolament (KEE) Nru 2658/87

10.9.1987

ĠU L 256, tas-7.9.1987

Att(i) emendatorju(i)Dħul fis-seħħSkadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati MembriĠurnal Uffiċjali
Regolament (KEE) Nru 3528/89

28.11.1989

ĠU L 374, tat-22.12.1989

Regolament (KEE) Nru 2913/92

22.10.1992

ĠU L 302, tad-19.10.1992

Regolament (KEE) Nru 1969/93

26.7.1993

ĠU L 180, tat-23.7.1993

Regolament (KE) Nru 254/2000

10.2.2000

ĠU L 28, tat-3.2.2000

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament Nru 2658/87 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha tintuża biss għal għanijiet ta' referenza.

Anness 1 tar-Regolament 2658/87 huwa emendat b'mod regolari.

ATTI RELATATI

Commission communication - Code of conduct for the management of the Combined Nomenclature (NC) [Official Journal C 150 of 30.5.2000] (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Kodiċi ta' kondotta għall-ġestjoni tan-Nomenklatura Magħquda).
L-għan tal-Kodiċi ta' Kondotta huwa li jagħmilha aktar faċli biex jiġu ġestiti, jiġifieri jinżammu, jinħolqu u jitneħħew, is-subintestaturi elenkati fl-Anness I mar-Regolament bażiku sabiex tiġi ssimplifikata u mmodernizzata n-Nomenklatura Magħquda (NM). Il-prinċipji tal-kodiċi huma applikati għal kull talba biex jemendaw is-subintestaturi tan-NM. Talbiet għall-emenda tan-Nomenklatura Magħquda jistgħu jsiru mid-DĠ Tassazzjoni u Għaqda Doganali, l-Eurostat u dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Kodiċi Doganali, il-pajjiżi tal-UE u l-federazzjonijiet tan-negozjanti Ewropej. Għandhom jintbagħtu lill-Eurostat jekk jinvolvu statistiċi jew lid-DĠ Tassazzjoni u Għaqda Doganali jekk huma ta' natura mhux statistika. Fil-prinċipju, dawn għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' qabel dawn jidħlu fis-seħħ. Kull talba jrid ikun fiha memorandum ta' spjegazzjoni, is-subintestaturi tan-NM taħt diskussjoni, stima tal-volum ta' negozju kummerċjali u l-preżentazzjoni tal-oġġetti involuti.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [Ġurnal Uffiċjali L 158 tat-29.6.1996].
Id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għall-prodotti li hemm referenza għalihom f'dan ir-regolament huma parzjalment jew totalment sospiżi minħabba li l-produzzjoni tagħhom fl-UE hija inadegwata jew ineżistenti. Dan sejjer jippermetti lill-produtturi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' industriji utenti fl-UE. L-addattamenti tekniċi għal dan ir-regolament li jirriżultaw minn emendi tan-NM u l-kodiċijiet Taric ġew adottati mill-Kummissjoni.

L-aħħar aġġornament: 09.08.2010

Ara wkoll

  • Taric (DE) (EN) (FR) fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall- Tassazzjoni u Għaqda Doganali (DE) (EN) (FR) tal-Kummissjoni Ewropea u l-Taric paġna ewlenija
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna