Kodiċi Doganali Komunitarju Modernizzat
Il-Kodiċi Doganali Komunitarju jiffissa u jiddefinixxi l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi. Dan il-Kodiċi l-ġdid għandu l-għan li jiffaċilita l-kummerċ filwaqt li jiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà fil-fruntieri.
ATT
Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008).
SOMMARJU
Il-Kodiċi Doganali Modernizzat joħloq ambjent doganali elettroniku ġdid. Dan il-Kodiċi l-ġdid jintegra l-proċeduri doganali komuni bejn l-Istati Membri filwaqt li jsaħħaħ il-konverġenza bejn is-sistemi informatiċi tas-27 amministrazzjoni doganali. Se jieħu post il-Kodiċi Doganali Komunitarju (DA) (DE) (EL) (EN) (ES) (FR) (IT) (NL) (PT) (FI) (SV) tal-1992, meta d-dispożizzjonijiet meħtieġa jiġu adottati u jsiru applikabbli, mhux aktar tard mill-24 ta’ Ġunju 2013. Sa dak in-nhar jibqa’ applikabbli l-Kodiċi attwali.
Dispożizzjonijiet tal-Kodiċi
Il-Kodiċi Doganali Modernizzat tal-2008 jikkonċerna:
- id-dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, mal-missjoni tad-dwana u mad-drittijiet u l-obbligi tal-persuni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali;
- l-elementi li jifformaw il-bażi għall-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni u miżuri oħra fil-qafas tal-kummerċ tal-merkanzija (tariffa doganali komuni), l-oriġini tal-merkanzjia, il-valur doganali;
- id-dejn doganali * u l-garanziji ta’ dan id-dejn;
- it-trattament doganali tal-merkanzija introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità;
- ir-regoli applikabbli għall-istatus doganali, għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali, kif ukoll il-verifika, ir-rilaxx * u d-disponiment tal-merkanzija;
- ir-rilaxx għal moviment liberu u l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni;
- il-proċeduri doganali partikolari, magħqudin fi gruppi taħt erba’ funzjonijiet ekonomiċi (tranżitu, ħżin, użu speċifiku, proċessar);
- it-trattament doganali tat-tluq tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità (merkanzija li titlaq mit-territorju, esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid, eżenzjoni mid-dazji tal-esportazzjoni);
- il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali u l-proċeduri li jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni tal-Kodiċi mill-Kummissjoni.
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-proċeduri doganali, kemm sabeix jiġi faċilitat il-kummerċ kif ukoll bħala prevenzjoni ta’ theddid ġdid.
Għaldaqstant, permezz ta’ tisħiħ tal-oqsfa regolatorji u operazzjonali komuni bejn l-awtoritajiet doganali, il-Kodiċi jimplimenta proċessi moderni, imsejsa fuq proċessi informatiċi, sabiex:
- b’mod ġenerali jiġu garantiti s-simplifikazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali;
- jittejbu l-kontrolli doganali, li prinċipalment isiru permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji fi ħdan il-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskji *. Fejn dan ikun possibbli, il-kontrolli l-oħrajn li mhumiex doganali jridu jiġu sottomessi għal “one-stop-shop” b’mod simultanju mal-kontrolli doganali;
- jiġu faċilitati l-proċeduri ta’ approvazzjoni doganali, li se jiġu kompjuterizzati b’mod integrali, se joffru l-massimu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjonijiet u se jkunu jistgħu jitwettqu b’mod ċentralizzat;
- jiġu razjonalizzati l-proċeduri doganali “ekonomiċi u/jew ta’ sospensjoni” attwali, li reġgħu ġew organizzati fi “proċeduri partikolari” li jippermettu t-tranżitu (estern jew intern), il-ħżin (ħażna temporanja, ħażna doganali, żona libera), l-użu speċifiku (ammissjoni temporanja jew destinazzjoni partikolari) jew l-ipproċessar (perfezzjonament attiv jew passiv) ta’ merkanzija, sabiex ikun hemm korrispondenza akbar mal-ħtiġijiet ekonomiċi tal-operaturi u sabiex jiġi simplifikat l-aċċess għalihom.
Wara l-komunikazzjoni tal-2003 intitolata “Ambjent sempliċi u li jevita l-użu ta’ karti għad-dwana u l-kummerċ”, l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-Komunikazzjoni sar ir-regola.
Sistemi tal-informazzjoni komuni li jippermettu l-iskambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet doganali, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta. Fil-mira tagħhom, dawn is-sistemi għandhom b'mod partikolari:
- il-formalitajiet imwettqa mill-atturi ekonomiċi *;
- il-proċeduri doganali (b’mod partikolari fil-każ ta’ approvazzjoni doganali ċentralizzata) u r-reġistrazzjoni/l-awtorizzazzjoni ta’ atturi ekonomiċi (identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-atturi ekonomiċi: EORI (Economic Operator Registration and Identification); l-għoti ta’ status ta’ attur ekonomiku awtorizzat “simplifikazzjonijiet doganali” u/jew “sigurtà u sikurezza”: AEO (Authorised Economic Operator);
- il-ġestjoni tar-riskji permezz ta’ qafas komuni għall-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dan sabiex jippermettu lill-awtoritajiet doganali jimplimentaw kontrolli bbażati fuq analiżi nazzjonali, komunitarji u internazzjonali.
Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
Il-qafas ġuridiku l-ġdid se jippermetti li jiġu simplifikati l-proċeduri doganali għall-kummerċ tal-merkanzija bejn it-territorji li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Komunità iżda li għalihom tapplika d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u dawk it-territorji li din id-Direttiva ma tapplikax għalihom.
Kuntest
Il-Kodiċi Doganali Komunitarju ġie modernizzat wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA u wara ż-żewġ proċessi ta’ tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, u l-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.
| Termini ewlenin tal-Att |
|---|
|
REFERENZI
| Att | Dħul fis-seħħ | Traspożizzjoni fl-Istati Membri | Ġurnal Uffiċjali |
|---|---|---|---|
|
Regolament (KE) Nru 450/2008 (adozzjoni: kodeċiżjoni COD/2005/0246) |
24.6.2008 |
— |
ĠU L 145, 4.6.2008 |
ATTI RELATATI
Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23/21, 26.1.2008).



