RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 23-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - GA - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Sistema ta' kumpens għar-rifjut ta' imbarkazzjoni

L-azzjoni tal-UE fil-qasam tat-trasport bl-ajru hija mmirata b'mod partikolari biex tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri. Ir-regolament jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-għoti ta' kumpens lill-passiġġieri tal-ajru u ta' assistenza f'każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord jew dewmien sostanzjali ta' titjira.

ATT

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91.

SINTEŻI

Dan ir-regolament japplika:

  • għall-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;
  • għall-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinsab f'pajjiż terz u li jkunu sejrin lejn ajruport li jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Bil-kundizzjoni li l-passiġġieri jkollhom riżervazzjoni kkonfermata għat-titjira kkonċernata u jippreżentaw ruħhom, ħlief f'każ ta' kanċellazzjoni, għaċ-check in qabel il-ħin indikat jew jekk ma jkunx indikat ħin, sa mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat.

Ir-regolament jagħti drittijiet lill-passiġġieri f'dawn is-sitwazzjonijiet:

  • f'każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord kontra r-rieda tagħhom;
  • f'każ li t-titjira tagħhom tiġi kkanċellata;
  • f'każ ta' dewmien fit-titjira.

Dan ir-regolament ma japplikax għall-passiġġieri li jivjaġġaw b'xejn jew b'rata mnaqqsa mhux direttament jew indirettament aċċessibbli għall-pubbliku.

Rifjut ta' imbarkazzjoni

Meta t-trasportatur tal-ajru effettiv jipprevedi raġonevolment li jista' jkun il-każ li jkollu jirrifjuta xi imbarkazzjonijiet fuq titjira, huwa għandu l-ewwel nett isejjaħ għal voluntiera li jaċċettaw li jirrinunzjaw għar-riżervazzjoni tagħhom bi skambju għal ċerti servizzi. Meta n-numru ta' voluntiera ma jkunx biżżejjed biex tkun tista' ssir l-imbarkazzjoni, it-trasportatur tal-ajru jista' jirrifjuta l-imbarkazzjoni tal-passiġġiera kontra r-rieda tagħhom billi jagħti kumpens lil dawk il-passiġġieri.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu prijorità lill-persuni b'mobilità ristretta u lil kull persuna li takkumpanjahom.

F'każ ta' kanċellazzjoni jew ta' rifjut ta' imbarkazzjoni fuq titjira, il-passiġġiera kkonċernati għandhom:

  • id-dritt għar-rimbors tal-biljett f'terminu ta' sebat ijiem, jew titjira lura lejn il-punt tat-tluq oriġinali tagħhom jew diverżjoni lejn id-destinazzjoni finali tagħhom;
  • id-dritt li jittieħed ħsieb tagħhom (ikel u xorb, akkomodazzjoni f'lukanda, trasport mill-ajruport tal-post tal-akkomodazzjoni, il-possibbiltà li jagħmlu żewġ telefonati b'xejn jew li jibagħtu b'xejn żewġ faxes, żewġ fotokopji jew żewġ messaġġi elettroniċi);
  • id-dritt għal kumpens li l-ammont tiegħu huwa ffissat għal:

– 250 euro għat-titjiriet kollha ta' 1500 km jew inqas;

– 400 euro għat-titjiriet kollha intrakomunitarji ta' aktar minn 1500 km u għat-titjiriet l-oħrajn kollha ta' 1500 sa 3500 km;

– 600 euro għat-titjiriet kollha li ma jaqgħux taħt il-punti preċedenti.

Dewmien

Ir-regolament jintroduċi sistema li tikkonsisti fi tliet kategoriji ta' penalizzazzjoni:

  • għal dewmien twil (sagħtejn jew aktar, skont id-distanza tat-titjira), il-passiġġieri għandhom jiġu offruti f'kull każ ikel u xorb kif ukoll żewġ telefonati, telex, fax jew emails, b'xejn;
  • jekk il-ħin tat-tluq ikun previst għall-għada, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti wkoll akkomodazzjoni f'lukanda u trasport sal-post ta' akkomodazzjoni u minn hemm sal-ajruport;
  • jekk id-dewmien ikun ta' mill-inqas ta' ħames siegħat, il-passiġġieri jistgħu jagħżlu r-rimbors tal-prezz sħiħ tal-biljett flimkien ma', jekk ikun il-każ, titjira lura sal-punt tat-tluq inizjali.

Sopraklassifikazzjoni u diklassifikazzjoni

Jekk trasportatur tal-ajru jpoġġi passiġġier fi klassi inferjuri minn dik li għaliha jkun inxtara l-biljett, huwa jiġi rrimborsat, f'terminu ta' sebat ijiem skont kif ġej:

  • 30 % tal-prezz tal-biljett għat-titjiriet kollha ta' 1500 km jew inqas;
  • 50 % tal-prezz tal-biljett għat-titjiriet kollha intrakomunitarji ta' aktar minn 1500 km, ħlief għat-titjiriet bejn l-Istati Membri u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, kif ukoll għat-titjiriet l-oħrajn kollha ta' 1500 km sa 3500 km;
  • 75 % tal-prezz tal-biljett għat-titjiriet kollha li ma jaqgħux taħt il-punti preċedenti, inklużi t-titjiriet bejn l-Istati Membri u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.

REFERENZI

AttDħul fis-seħħTraspożizzjoni fl-Istati MembriĠurnal Uffiċjali
Regolament (KE) Nru 261/2004 [adozzjoni: kodeċiżjoni COD/2001/305)17.2.2005ĠU L 46, 17.2.2004
L-aħħar aġġornament: 16.05.2007
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna