RSS
Werrej alfabetiku

Il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi

Konsumaturi

L-Unjoni Ewropea stabbiliet regoli bil-għan li tipproteġi l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi matul il-kuntatti tagħhom ma' professjonisti u fl-eventwalità ta' tilwim.
B'mod partikolari, l-UE introduċiet projbizzjoni fuq prattiċi kummerċjali li ma jkunux ġusti, iffaċilitat ir-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti u tat-talbiet żgħar, u armonizzat il-proċeduri għat-terminazzjoni tal-vjolazzjonijiet fl-interessi tal-konsumaturi. Hija stabbiliet ukoll netwerk ta' informazzjoni Ewropew u netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-legiżlazzjoni dwar il-konsumatur.
L-UE għamlet ukoll sforzi biex tirrinforza s-sigurtà legali billi armonizzat ir-regoli li japplikaw għal ċerti tranżazzjonijiet, bħall-kummerċ elettroniku jew ċerti tipi ta' kuntratti, barra mir-regoli applikabbli għal setturi speċifiċi, bħat-trasport jew is-servizzi finanzjarji.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna