RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 23-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - GA - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Tikkettar, preżentazzjoni u pubbliċità tal-ikel

L-ikel ippakkjat bil-lest irid jirrispetta r-regoli rigward it-tikkettar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar fis-seħħ fir-rigward tagħhom. Dawn ir-regoli huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) sabiex jippermettu lill-konsumatur jagħmel l-għażla tiegħu bit-tagħrif kollu kif ukoll sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ikel u l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux l-istess għal kulħadd.

ATT

Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ara l-att(i) emendatorju(i)).

SOMMARJU

Id-Direttiva tapplika għall-prodotti tal-ikel li se jiġi fornit kif inhu lill-konsumatur aħħari jew lil ristoranti, sptarijiet, kantins u fornituri tal-massa simili oħrajn. Ma tikkonċernax il-prodotti li se jiġu esportati barra mill-Unjoni Ewropea (UE).

It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel ma jistgħux ikunu b’tali mod li:

  • iqarrqu bix-xerrej dwar il-karatteristiċi, il-proprjetajiet jew l-effetti tal-ikel;
  • jattribwixxu lill-ikel proprjetajiet ta’ prevenzjoni, ta’ trattament u ta’ fejqan minn xi marda tal-bniedem (għajr l-ilmijiet minerali naturali u l-ikel destinat għal alimentazzjoni partikolari li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi).

INDIKAZZJONIJIET OBBLIGATORJI TAT-TIKKETTAR

It-tikkettar tal-ikel irid jinkludi xi indikazzjonijiet obbligatorji. Dawn l-indikazzjonijiet iridu jkunu jinftiehmu faċilment u viżibbli, jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassrux. Uħud minnhom iridu jidhru fl-istess kamp viżiv.

Meta l-ikel ikun impakkettat bil-lest, l-indikazzjonijiet obbligatorji jidhru fuq dan l-impakkettar bil-lest jew fuq tikketta marbuta miegħu.

L-indikazzjonijiet obbligatorji jkopru:

  • l-isem li jinbiegħ bih;
  • il-lista tal-ingredjenti li huma numerati fl-ordni dixxendentali skont l-użin u mfassla skont l-isem speċifiku tagħhom, soġġetti għal ċerti derogi previsti fl-Annessi I, II, III u IIIa). L-ingredjenti li jappartjenu għal aktar minn kategorija waħda huma mfassla fir-rigward tal-funzjoni prinċipali tagħhom.
    Skont ċerti kundizzjonijiet, l-indikazzjoni tal-ingredjenti mhijiex meħtieġa għal:
    1. frott u ħaxix frisk;
    2. l-ilma bil-gass;
    3. il-ħall ta’ fermentazzjoni;
    4. il-ġobnijiet, il-butir, il-ħalib u l-krema ffermentata;
    5. il-prodotti li ma jinkludux ħlief ingredjent wieħed meta l-isem li jinbiegħ bih ikun l-istess bħall-isem tal-ingredjent jew li jippermetti li tiġi determinata n-natura tal-ingredjent mingħajr konfużjoni.
    Ċerti addittivi u enżimi mhumiex meqjusa bħala ingredjenti; dawn huma dawk li jintużaw bħala awżiljarji teknoloġiċi, jew li jinstabu f’ingredjent mingħajr ma jaqdu l-funzjoni teknoloġika fil-prodott lest;
  • il-kwantità ta’ ingredjenti jew ta’ kategoriji ta’ ingredjenti mogħtija f’perċentwali. Din il-ħtieġa tapplika meta l-ingredjent jew il-kategorija ta’ ingredjenti:
    1. jidhru fl-isem li jinbiegħu bih u fejn il-konsumatur ġeneralment jassoċja mal-isem li jinbiegħu bih;
    2. jintwerew fit-tikkettar permezz ta’ kliem, stampi jew rappreżentazzjoni grafika, jew
    3. ikunu essenzjali sabiex jikkaratterizzaw ikel partikolari (iżda jista’ jkun hemm xi eċċezzjonijiet);
  • il-kwantità netta mogħtija f’unitajiet ta’ volum għall-prodotti likwidi u f’unitajiet ta’ massa għall-prodotti l-oħra. Madanakollu, japplikaw xi dispożizzjonijiet għall-ikel li jinbiegħ bl-għadd u għall-ikel solidi ppreżentat f’forma likwida;
  • id-data ta’ skadenza minima. Din id-data hija ffurmata mill-jum, ix-xahar u s-sena, ħlief għall-ikel bi skadenza ta’ inqas minn 3 xhur (il-jum u x-xahar huma biżżejjed), l-ikel b’data ta’ skadenza ta’ aktar minn 3 xhur iżda li ma taqbiżx it-18-il xahar (ix-xahar u s-sena huma biżżejjed) jew b’data ta’ skadenza ta’ aktar minn 18-il xahar (is-sena hija biżżejjed).
    Din tintwera permezz tal-indikazzjoni “Uża qabel …” fejn id-data tinkludi l-indikazzjoni tal-jum jew “Tajjeb qabel l-aħħar...” fil-każijiet l-oħra.
    Id-data ta’ skadenza mhijiex meħtieġa għall-prodotti li ġejjin:
    1. il-frott u l-ħaxix frisk mhux trattati;
    2. l-inbejjed u x-xarbiet li fihom 10 % jew aktar b’volum ta’ alkoħol;
    3. ix-xarbiet rifreskanti mhux alkolizzati;
    4. ġulepp tal-frott u xarbiet aloklizzati f’reċipjenti ta’ aktar minn ħames litri destinati għall-fornituri tal-massa;
    5. il-prodotti magħmula mill-furnara, tal-ħelu u tal-pasti li normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mill-fabbrikazzjoni tagħhom;
    6. il-ħall;
    7. il-melħ tal-kċina;
    8. iz-zokkor solidu;
    9. il-prodotti tal-ħelu li jikkonsistu kważi kompletament f’zokkor bl-aromatizzanti u/jew ikkulurit;
    10. iċ-chewing gums;
    11. is-silġiet individwali.
    Għall-ikel li jmur malajr ħafna, id-data ta’ skadenza għall-użu jittiħdilha postha mid-data limita ta’ konsum;
  • il-kundizzjonijiet partikolari ta’ konservazzjoni u ta’ użu;
  • l-isem jew isem in-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta’ min ipproċessa l-ikel stabbilit ġewwa l-Komunità. Fir-rigward tal-butir prodott fit-territorju ta’ Stat Membru, dan jista’ ma jkun jeħtieġ xejn aktar ħlief l-indikazzjoni tal-fabbrikant, min ipproċessah jew il-bejjiegħ;
  • il-post ta’ oriġini jew ta’ provenjenza, fil-każ fejn l-ommissjoni tiegħu tista’ tqarraq bil-konsumatur;
  • l-istruzzjonijiet dwar l-użu jridu jiġu indikati b’mod li jippermettu użu xieraq tal-ikel;
  • l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum għax-xarbiet li fihom aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol.

DEROGI U DISPOŻIZZJONIJIET PARTIKOLARI

Id-dispożizzjonijiet Ewropej applikabbli għall-ikel speċifiku jistgħu jawtorizzaw il-karattru fakultattiv tal-indikazzjonijiet relatati mal-lista ta’ ingredjenti u d-data ta’ skadenza minima. Dawn id-dispoizzjonijiet jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet obbligatorji oħrajn, dejjem jekk ma jxekklux l-informazzjoni għax-xerrej.

Huma previsti xi dispożizzjonijiet partikolari f’dak li jirrigwarda:

  • il-fliexken tal-ħġieġ li jistgħu jerġgħu jintużaw u l-imballaġġ ta’ daqs żgħir;
  • l-ikel impakkettat minn qabel. Meta l-ikel impakkettat minn qabel ikun kummerċjalizzat fi stadju ta’ qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali jew fejn jintbagħtu għand fornituri tal-massa għat-trattament, l-indikazzjonijiet jistgħu ma jidhrux ħlief fuq id-dokumenti kummerċjali dejjem jekk l-isem li jinbiegħ bih, id-data ta’ skadenza minima u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta’ minn ipproċessah jidhru fuq l-imballaġġ estern tal-ikel;
  • l-ikel ippreżentat mhux impakkettat bil-lest għall-bejgħ jew l-ikel impakkettat fil-mument tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej.

DISPOŻIZZJONI TA’ SALVAGWARDJA

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel konformi mad-Direttiva ma tistax tiġi projbita għad-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati ġustifikati minħabba raġunijiet partikolari, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni ta’ qerq, jew il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.

KOMITOLOĠIJA U KUNTEST

L-implimentazzjoni tad-Direttiva hija żgurata mill-Kummissjoni Ewropea, assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Id-Direttiva 2000/13/KE tissostitwixxi d-Direttiva 79/112/KEE tal-Kunsill dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel.

REFERENZI

AttDħul fis-seħħTerminu għat-traspożizzjoni fl-Istati MembriĠurnal Uffiċjali
Direttiva 2000/13/KE

26.5.2000

ĠU L 109, 6.5.2000

Att(i) emendatorju(i)Dħul fis-seħħTerminu għat-traspożizzjoni fl-Istati MembriĠurnal Uffiċjali
Direttiva 2001/101/KE

18.12.2001

31.12.2002

ĠU L 310, 28.11.2001

Direttiva 2002/67/KE

8.8.2002

30.6.2003

ĠU L 191, 19.7.2002

Atti ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-UE

1.5.2004

Mhux aktar tard mill-2007

ĠU L 236, 23.9.2003

Direttiva 2006/107/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 363, 20.12.2006

Direttiva 2003/89/KE

25.11.2003

25.11.2004

ĠU L 308, 25.11.2003

Direttiva 2006/142/KE

12.1.2007

23.12.2007

ĠU L 368, 23.12.2006

Regolament (KE) Nru 1332/2008

20.1.2009

ĠU L 354, 31.12.2008

Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

ĠU L 188, 18.7.2009

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2000/13/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal skopijiet ta' referenza.

ATTI RELATATI

Proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2008 dwar dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi fuq l-oġġetti tal-ikel (COM(2008) 40 finali —Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
Din il-proposta tar-Regolament għandha l-għan li tgħaqqad id-Direttivi 2000/13/KE u 90/496/KEE dwar l-ittikkettar għan-nutrizzjoni sabiex jitjiebu l-livelli ta’ informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej. Il-proposta tintroduċi xi eżiġenzi ġodda fir-rigward tat-tikkettar. B’mod partikolari, l-indikazzjonijiet obbligatorji jridu jkopru l-identità tal-ikel, il-kompożizzjoni tiegħu u l-karatteristiċi nutrienti tiegħu, l-oriġini tiegħu kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza għall-użu tiegħu (skadenza, inċidenzi u possibilitajiet ta’ effetti ħżiena fuq is-saħħa). Din l-informazzjoni mogħtija b’mod leali, trid tkun tinqara faċilment mill-konsumatur u komprensibbli għalih. Id-daqs minimu tat-tipa jrid ikun ta’ 3mm.
It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni jrid jinvolvi indikazzjonijiet obbligatorji bħall-valur enerġetiku u l-kwantità ta’ ċerti nutrienti fil-kompożizzjoni (ix-xaħam, ix-xaħam saturat, il-karboidrat kif ukoll indikazzjoni speċifika għaz-zokkor u l-melħ).
Barra minn hekk, il-konsumaturi jrid ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni adegwata, l-aktar meta jixru l-ikel permezz tal-Internet jew b’mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod.
L-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-possibilità li jadottaw indikazzjonijiet obbligatorji addizzjonali għall-kategoriji ta’ ikel speċifiku, bil-għan li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, kif ukoll il-proprjetà industrijali u kummerċjali. L-indikazzjonijiet previsti huma notifikati bħala abbozz lill-Kummissjoni, li tista’ tagħti opinjonijiet negattivi.
Il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (2008/0028/COD)

UŻU TAL-LINGWI GĦAT-TIKKETTAR

Interpretative Commission communication concerning the use of languages in the marketing of foodstuffs in the light of the judgment in the Peeters case [COM(93) 532 final – Official Journal C 345 of 23.12.1993] (Fl-10 ta’ Novembru 1993, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni interpretattiva rigward l-użu ta’ lingwi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel wara s-sentenza “Peeters” tal-Qorti tal-Ġustizzja).
F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni enfasizzat li t-tikkettar tal-ikel li se jinbiegħ kif inhu lill-konsumatur aħħari jrid jinħareġ f’lingwa faċilment komprensibbli; bħala regola ġenerali, din tkun (jew ikunu) il-lingwa(i) uffiċjali tal-pajjiż fejn isseħħ il-kummerċjalizzazzjoni. Madanakollu, xi termini jew espressjonijiet fil-lingwa barranija li faċilment jistgħu jinftiehmu mix-xerrejja jridu jitħallew jitniżżlu.

L-aħħar aġġornament: 16.11.2010
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna