RSS
Werrej alfabetiku

Konsumaturi

Konsumaturi

L-Unjoni Ewropea ta' 27 pajjiż għandha kważi nofs biljun konsumatur potenzjali. L-Istati Membri progressivament żviluppaw miżuri mmirati biex iħarsu l-interessi speċifiċi ta' dawn il-konsumaturi li għandhom rwol vitali ekonomiku u politiku fis-soċjetà. Il-bidu kien f'nofs is-snin 70 u l-UE għamlet ħilitha biex tarmonizza dawn il-miżuri nazzjonali biex tiggarantixxi liċ-ċittadini Ewropej l-istess livell għoli ta' protezzjoni fis-suq uniku kollu kemm hu.
Il-politika Ewropea favur il-konsumaturi għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa, is-sigurtà u l-interessi tal-konsumaturi, kif stabbilit fl-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din il-politika tippromwovi d-drittijiet tal-konsumaturi għall-informazzjoni u edukazzjoni, u d-dritt tagħhom li jorganizzaw ruħhom biex jiddefendu l-interessi tagħhom.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna