Konsumaturi: qafas ġenerali u prijoritajiet
L-Unjoni Ewropea waqqfet qafas legali speċifiku biex tipproteġi l-interessi tal-konsumatur. Biex jiġu kkunsidrati l-aktar preokkupazzjonijiet riċenti taċ-ċittadini Ewropej, il-prijoritajiet politiċi f'dan il-qasam ġew ristrutturati kompletament fl-2007, bl-adozzjoni ta' strateġija għal azzjoni u programm ta' finanzjament li jiswew kważi 160 miljun ewro. Dan il-qafas ġie ssupplimentat ukoll b'materjal ta' gwida fis-suq intern.



