RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Regoli applikabbli għall-kumpaniji

Kompetizzjoni

Xi kumpaniji jippruvaw jabbużaw mill-kompetizzjoni ħielsa u jadottaw imġieba antikompetittiva sabiex jimponu r-regoli tagħhom fis-suq. Kumpaniji li jwettqu attivitajiet simili jistgħu jiftiehmu bejniethom biex jikkontrollaw il-prezzijiet jew biex jaqsmu s-suq bejniethom. Kumpanija li jkollha pożizzjoni dominanti fis-suq tista' wkoll tabbuża minn din il-pożizzjoni u teskludi l-kompetituri tagħha mill-imsemmi suq. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea stabbiliet regolamenti sew biex tħarrek il-kumpaniji kif ukoll biex tipprevenihom milli jużaw imġieba antikompetittiva.
Barra minn hekk, amalgamazzjonijiet u akkwisti ta' kumpanija minn oħra jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni billi joħolqu jew isaħħu parteċipant dominanti fis-suq. Għalhekk, l-Unjoni tikkontrolla, u jekk ikun meħtieġ tipprojbixxi jew tissuġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, il-konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna