RSS
Werrej alfabetiku

L-awdjoviżiv u l-midja

L-awdjoviżiv u l-midja

Il-midja awdjoviżwali (xandir bir-radju, televiżjoni u ċinema) tirrappreżenta aktar minn miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea u tikkostitwixxi s-sors primarju ta' informazzjoni u divertiment għall-Ewropej. L-oġġettivi tal-Unjoni f'termini ta' affarijiet awdjoviżivi huma d-diversità kulturali Ewropea, il-protezzjoni tal-minuri, il-promozzjoni tad-diversità fil-midja, kif ukoll żieda fil-produzzjoni tal-films Ewropej.
F'dan il-kuntest, l-Unjoni tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn Stati Membri u tappoġġa l-azzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Fundjonament tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttiva dwar "Is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva" (AMS) u l-Programm Media huma żewġ pilastri tal-politika awdjoviżiva tal-Komunità.

Ara wkoll

  • Għal aktar dettalji, żur is-sit elettroniku ta' Europa Awdjoviżiv u Midja (DE) (EN) (FR)
  • Ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni Ewropea: Awdjoviżiv u Midja
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna