EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Agrikoltura

agriculture

Fis-snin bikrin tal-integrazzjoni Ewropea, xewqa kondiviża biex tiżdied il-produzzjoni tal-ikel u tiġi ristrutturata l-agrikoltura wasslet għall-iżvilupp tal-politika agrikola komuni (PAK). 60 sena wara, il-PAK għadha l-aktar politika li ilha għaddejja tal-Unjoni Ewropea (UE) , li tipprovdi appoġġ importanti lill-bdiewa, liż-żoni rurali u lis-sistema agrialimentari sħiħa fl-UE kollha. Hija tkopri 31% tal-baġit totali tal-UE għall-perjodu 2021–2027.

Ftehim dwar is-sitt l-akbar riforma tal-PAK ġie adottat formalment f’Diċembru 2021, u l-PAK il-ġdida għandha tiġi applikata mill-2023. Għandu l-għan li jiżgura futur sostenibbli għall-bdiewa Ewropej, jipprovdi aktar appoġġ immirat lill-irżiezet iżgħar, u jippermetti aktar flessibbltà biex l-Istati Membri tal-UE jadottaw miżuri għall-kundizzjonijiet lokali.

Dan se jwitti t-triq għal PAK aktar ġusta, ekoloġika u bbażata fuq il-prestazzjoni, li se tipprovdi provvista tal-ikel stabbli, sigura u sana għaċ-ċittadin tal-UE. Żoni agrikoli u rurali huma elementi ċentrali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u l-PAK il-ġdida se tkun għodda ewlenija biex jintlaħqu l-ambizzjonijet tal-istrateġiji mill-irziezet sal-imwejjed u tal-bijodiversità.