RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Ikel

Agrikoltura

L-Unjoni Ewropea tgħożż il-wirt kulinari għani tagħha u tippromwovi l-għarfien tal-konsumatur dwar temi li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità tal-ikel. Għal dan il-għan, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipproteġi l-biedja organika u l-prodotti ta' kwalità, u teżiġi li l-konsumaturi jiġu infurmati bil-preżenza ta' kwalunkwe organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fil-prodotti tal-ikel. Mhux talli ġew stabbiliti parametri speċifiċi biex jikklassifikaw prodotti ta' ikel organiku u prodotti ta' kwalità, iżda sinjali ta' kwalità jipprovdu wkoll lill-konsumaturi garanzija li kien hemm konformità ma' dawk il-parametri. Il-kummerċjalizzjoni ta' OĠM maħsuba jew għall-konsum tal-bniedem jew bħala għalf għall-annimali hi rregolata fl-istadji kollha u l-preżenza tagħhom hi indikata fuq it-tikkettar tal-prodott. Ittieħdu wkoll miżuri biex jipprovdu qafas legali għall-kontroll tat-tixrid u l-moviment transkonfinali tal-OĠM.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna