Dwar dan is-sit
Is-sit “Somarji tal-leġiżlazzjoni tal-UE” jippreżenta l-aspetti prinċipali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) b'mod konċiż, aċċessibbli u oġġettiv. Dan jagħmel parti mill-portal Europa tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Dan is-sit huwa sors ta' informazzjoni speċjalizzata, offruta flimkien ma' EUR-Lex, PreLex u Europe Direct. Waqt li EUR-Lex jipprovdi t-testi leġiżlattivi kollha tal-UE f'verżjoni sħiħa, PreLex jippermetti li wieħed isegwi l-proposti leġiżlattivi kollha matul il-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet tal-UE u Europe Direct iwieġeb għad-domandi taċ-ċittadini dwar l-UE. Dan is-sit jikkumplimenta dawk l-għodod billi joffri sommarji li jinftiehmu faċilment tal-leġiżlazzjoni Ewropea, li spiss tkun tikkonsisti f'atti pjuttost twal u tekniċi.
Sommarji tal-leġiżlazzjoni
Dan is-sit jipprovdi madwar 3 500 sommarju tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-forma ta' skedi informattivi, mqassma fi 32 qasam tematiku li jikkorrispondu għall-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-temi jvarjaw mill-agrikoltura sat-trasport, u jippreżentaw informazzjoni kompleta u aġġornata dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE. Madankollu, id-deċiżjonijiet li huma biss ta' interess temporanju mhumiex koperti.
Attwalment, is-sit "Sinteżi tal-leġiżlazzjoni Ewropea" huwa disponibbli fi 11-il lingwa (il-lingwi uffiċjali tal-UE qabel l-1 ta' Mejju 2004). L-iskedi informattivi li huma ta' interess maġġuri għall-maġġoranza taċ-ċittadini huma disponibbli wkoll fi 11-il lingwa. L-iskedi informattivi aktar speċjalizzati huma disponibbli f'5 lingwi (l-Ispanjol, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż u t-Taljan). Il-kopertura lingwistika tas-sit dalwaqt ser tiġi mtejba. Fix-xhur li ġejjin is-sit ser ikun disponibbli fit-23 lingwa tal-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza tal-iskedi li attwalment jinsabu fi 11-il lingwa ser ikunu disponibbli f'4 lingwi ġodda (iċ-Ċek, l-Ungeriż, il-Pollakk u r-Rumen). Barra minn hekk, numru akbar ta' skedi li attwalment jinsabu f'5 lingwi ser ikunu disponibbli f'6 lingwi oħra (id-Daniż, il-Grieg, l-Olandiż, il-Portugiż, il-Finlandiż u l-Isvediż). Informazzjoni aktar dettaljata dwar il-politika lingwistika ta' Europa tinsab hawnhekk.
Skedi informattivi
L-objettiv tal-iskedi informattivi huwa li jipprovdu preżentazzjoni rapida u li tista' tinqara faċilment tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Kull skeda tiġbor fil-qosor test leġiżlattiv fis-seħħ, pereżempju direttiva, regolament jew deċiżjoni. Huma offruti wkoll sommarji ta' atti preparatorji u ta' atti oħrajn. Dejjem tingħata l-link għall-verżjoni uffiċjali u sħiħa tal-leġiżlazzjoni fuq is-sit EUR-Lex jew PreLex. L-iskedi informattivi jiġu aġġornati regolarment sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi leġiżlattivi reċenti; l-emenda ta' att jew l-adozzjoni ta' atti relatati tiddaħħal fis-sommarju.
Tim ta' edituri ġuridiċi jsegwi l-iżviluppi leġiżlattivi u jaħdem l-iskedi informattivi billi jibbaża fuq mudell standardizzat. L-iskedi informattivi huma approvati mis-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati sabiex tiġi ggarantita l-eżattezza.
Is-sommarji tal-leġiżlazzjoni tal-UE jitqassmu biss għall-finijiet ta' informazzjoni. Dawn m'għandhom ebda valur legali.
Għodda
Diversi għodda, bħal menu interattiv, il-funzjoni ġenerali ta' riċerka tas-sit Europa, indiċi u glossarju, jiffaċilitaw in-navigazzjoni tas-sit. Barra minn hekk, huma pprovduti links għal siti oħrajn relevanti jew assoċjati. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tutorial biex tikseb aktar tagħrif dwar l-użu ta' dan is-sit.
Domandi
Jekk inti għandek xi domandi dwar is-sommarji tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jekk jogħġbok idħol fuq il-paġna Kuntatt.



