Għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal
Il-logħob fir-Rokna għat-Tfal huwa mqassam skont l-età biex ikun iktar faċli li ssib il-logħob tajjeb għal uliedek.
Għall-għalliema
Jekk qed tfittex materjal għat-tagħlim, ir-'Rokna tal-Għalliema' fiha wkoll materjal b'xejn għat-tagħlim dwar l-Ewropa in ġenerali kif ukoll dwar politiki importanti. Hemm kotba tat-tpinġija, fuljetti, pakketti ta' tagħrif, u ħafna affarijiet oħra. Dawn ukoll huma mqassma skont l-età.
Is-sikurezza fuq l-Internet
Iż-żgħażagħ u t-tfal huma fost l-aktar nies li jużaw l-internet fl-Ewropa.
- Il-Programm ta' Internet iktar Sikur għandu l-għan li jagħti l-poter u jipproteġi lit-tfal u ż-żgħażagħ onlajn b'inizjattivi li jqajmu għarfien u li jiġġieldu l-kontenut u l-kondotta illegali u ta' ħsara onlajn.
- Kull sena l-Jum għal Internet Iktar Sikur jippromwovi użu aktar sikur u responsabbli tat-teknoloġiji onlajn u l-mowbajls.