Sir af aktar dwar il-bnadar tal-Ewropa
European Union

L-Unjoni Ewropa u l-Ewropa

Il-bandiera Ewropea tikkonsisti minn 12-il stilla lewn id-deheb f'ċirklu fuq sfond blu. Iċ-ċirku ta' stilel jissimbolizza l-ideali ta' unità, solidarjetà u armonija fost il-popli tal-Ewropa. In-numru ta' stilel ma għandux x'jaqsam man-numru ta' pajjiżi membri fl-UE.

Il-bandiera Ewropea ma tfissirx biss l-Unjoni Ewropea iżda anki l-Ewropa f'sens usa'. L-istorja tal-bandiera tmur lura għall-1955, meta l-Kunsill tal-Ewropa - biex jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovi l-kultura Ewropea - adotta d-disinn għall-użu tiegħu. Fis-snin ta' wara, il-Kunsill tal-Ewropa ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej emerġenti biex iħaddnu bandiera wkoll. Fl-1985, intużat mill-mexxejja tal-UE bħala l-emblema uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (li dak iż-żmien kienet tissejjaħ il-Komunitajiet Ewropej).

France

Franza

Il-bandiera Franċiża tmur lura għar-Revoluzzjoni Franċiża tal-1789. Il-kukkardi ħomor, bojod u blu ntlibsu mill-gwardja nazzjonali sa mill-bidu tar-revoluzzjoni.

L-abjad kien il-kulur tal-monarkija, filwaqt li l-blu u l-aħmar kienu l-kuluri tal-belt ta'' Pariġi.

B''hekk il-kukkarda bit-trikolor saret emblema tal-patriottiżmu rivoluzzjonarju. L-aħmar, l-abjad u l-blu ġew adottati mill-poplu Franċiż u ftit wara bdew jidhru fuq standardi u bnadar.

Fil-15 ta' Frar 1794, dawn it-tliet kuluri saru l-bandiera nazzjonali. Il-bandiera ġiet iddiżinjata mill-pittur David fuq ordni tal-Konvenzjoni Nazzjonali.

Denmark

Id-Danimarka

Il-bandiera Daniża, jew Dannebrog, aktarx hi l-eqdem fid-dinja. Il-leġġenda tgħid li hi datata mis-sena 1219, meta r-Re Daniż Valdemar II, li kien qed imexxi lill-ġellieda tal-kruċjati fil-battalji, ra salib abjad iffurmat kontra s-sema skura u interpreta din il-viżjoni bħala kmand minn Alla sabiex jattakka lill-Estonjani. Huwa maħsub li l-isfond aħmar jirrappreżenta jew is-sema skura li fiha r-re ra s-salib jew id-demm li nxtered matul il-battalja.

Belgium

Il-Belġju

Il-bandiera Belġjana, varjant tat-trikolor Franċiż, tevoka l-istemma araldika tad-Dukat ta'' Brabant, datata mis-seklu 12: iljun lewn id-deheb bi dwiefer ħomor u lsien aħmar fuq sfond iswed.

Meta seħħew l-irvellijiet fi Brabant fl-1787, il-poplu ta'' Brussell adotta l-kukkarda trikolor bl-aħmar, lewn id-deheb u l-iswed b''kuntrast għall-kuluri ta'' Joseph II (aħmar, abjad u aħmar).

Meta l-Belġju sar indipendenti fl-1830, il-bandiera attwali ġiet adottata b''mod uffiċjali, iżda f''dak iż-żmien l-istrixxi kienu mqiegħda b''mod orizzontali. Is-sena ta'' wara l-gvern għadda liġi li tadotta strixxi vertikali.

Bulgaria

Il-Bulgarija

It-tliet kuluri nazzjonali – l-abjad, l-aħdar u l-aħmar – huma marbuta ma'' dawk użati fl-Armata Bulgara l-Antika. In-naħa tax-xellug tal-armata kienet tidher bi strixxi bajda fuq il-lanez, b''tal-lemin immarkata bi strixxi ħomor. L-aqwa truppi, ippużizzjonati fin-nofs, kellhom strixxa ħadra, li kien il-kulur tradizzjonali tal-mexxej ta'' dak iż-żmien. Il-bandiera bi tliet kuluri kienet użata għall-ewwel darba mill-Ewwel Leġjun Bulgaru ta'' Georgi Rakovski (1861) mbagħad ikkonfermata bħala l-bandiera nazzjonali Bulgara fil-Kostituzzjoni ta'' Turnovo (1879).

Finland

Il-Finlandja

Mis-seklu 12 sa kmieni fis-seklu 19, il-Finlandja kienet tappartjeni għall-Isvezja. Wara li ħadet l-indipendenza fl-1917, adottat bandiera nazzjonali b''salib Skandinavu li kien ibbażat fuq il-bandiera Svediża.

Għaqdiet ta'' baħħara Finlandiżi diġà kienu tajru l-istess bandiera nofs seklu qabel, meta l-Finlandja kienet għadha taħt dominju Russu.

L-ewwel persuna li ssuġġeriet il-blu u l-abjad bħala l-kuluri nazzjonali kien il-poeta Zachris Topelius fl-1862. Is-sena ta'' wara il-gazzetta kwotidjana Helsingfors Dagblad pproponiet bandiera bajda b''salib blu.

Il-blu jirrappreżenta l-lagi u s-sema u l-abjad għad-dinja miksija bis-silġ.

Greece

Il-Greċja

Meta l-gvern adotta l-bnadar tal-arma u l-flotta Griega fl-1822, kollha kellhom l-istess salib abjad, simbolu tal-fidi Nisranija.

Il-blu u l-abjad intgħażlu uffiċjalment bħala emblemi matul il-gwerra għall-indipendenza. Il-blu jirrappreżenta s-sema u l-baħar u l-abjad il-purità ta'' dawk li ġġieldu għall-ħelsien.

Id-disa'' strixxi orizzontali jirreferu għad-disa'' sillabi tal-frażi Griega: Eleftheria i Thanatos (Ħelsien jew Mewt).

Il-bandiera ġiet introdotta mill-ġdid fl-1978.

Croatia

Il-Kroazja

Il-bandiera tal-Kroazja tikkonsisti minn tliet strixxi orizzontali ħamra, bajda u blu. L-istemma araldika tal-Kroazja tinsab fiċ-ċentru tal-bandiera. Hija magħmula minn ċanġaturi ħomor u bojod li jifformaw ukoll il-bażi tal-flokkijiet li jiġbdu l-għajn tat-timijiet sportivi nazzjonali tal-Kroazja, pereżempju t-tim nazzjonali tal-futbol. Barra minn hekk, l-istemma ewlenija hija mdawwra b'ħames stemmi storiċi żgħar.

It-tliet kuluri aħmar, abjad u blu ilhom jintużaw mis-seklu dsatax, orġinarjament mir-revoluzzjonarji fl-1848. Madankollu, minn dakinhar, l-emblema ċentrali inbidlet diversi drabi. Il-bandiera attwali bl-istemma araldika fiċ-ċentru ġiet adottata uffiċjalment f'Diċembru 1990.

Latvia

Il-Latvja

Il-banner aħmar-abjad-aħmar kien l-ewwel użat mill-poplu Latvjan fl-1279.

Fl-1917 l-artisti Latvjani ddeċidew li jibdlu l-aħmar f''aħmar kark u jraqqu l-istrixxa bajda. Wara li kienet ipprojbita matul l-okkupazzjoni Sovjetika, il-bandiera ġiet rikonoxxuta bħala emblema ċivika fl-1988 u mill-ġdid saret il-bandiera nazzjonali fl-1990.

Lithuania

Il-Litwanja

Fl-1918 il-Kunsill tal-Litwanja ħatar kumitat speċjali biex jiddiżinja l-bandiera nazzjonali. Fid-19 ta'' April ta'' dik is-sena ġie approvat trikolor orizzontali fil-kuluri ta'' libsa tradizzjonali Litwena.

L-isfar jirrappreżenta x-xemx, is-sors tad-dawl, filwaqt li l-aħdar jirrappreżenta n-natura u l-ħajja. L-aħmar hu l-kulur tal-imħabba u d-demm li nxtered fid-difiża tal-pajjiż.

Il-bandiera Litwena ġiet adottata mill-ġdid fl-1989.

Luxemburg

Il-Lussemburgu

Il-kuluri tal-bandiera tal-Lussemburgu huma dawk tal-istemma araldika tal-Lussemburgu. Ispirati mill-bandiera Franċiża wara r-revoluzzjoni, għandha proporzjonijiet kemm kemm differenti mill-bandiera Olandiża u blu aktar ċar.

Minkejja li ilha tintuża bħala emblema nazzjonali sa mis-seklu 16, saret il-bandiera uffiċjali biss fl-1972.

Netherlands

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-bandiera tal-Olanda tmur lura għas-sena 1579, meta l-Pajjiżi l-Baxxi pproklamaw l-indipendenza tagħhom. F''dak iż-żmien kienet oranġjo, bajda u blu, il-kuluri ta'' William ta'' Orange.

L-oranġjo inbidel mal-aħmar matul is-seklu 17 iżda għadu l-kulur nazzjonali u, il-bandiera nazzjonali hi dejjem akkumpanjata minn banner oranġjo fi btajjel uffiċjali jew żjariet diplomatiċi barra l-pajjiż.

Il-bandiera ġiet adottata b''mod uffiċjali fl-1796 u kkonfermata bħala l-emblema nazzjonali fl-1937.

Għandha proporzjonijiet kemm kemm differenti mill-bandiera tal-Lussemburgu u lewn blu aktar skur.

Poland

Il-Polonja

Il-bandiera tal-Polonja tikkonsisti minn żewġ strixxi orizzontali, dik ta' fuq bajda u dik t'isfel ħamra. Dawn iż-żewġ kuluri huma l-kuluri nazzjonali tal-Polonja. L-abjad jirrappreżenta ajkla bajda, li ilha simbolu tal-Polonja mis-seklu tlettax. Flimkien ma' sfond aħmar, din kienet tidher fuq diversi strixxuni, bnadar u stemmi araldiċi tal-Polonja fil-passat.

Għalhekk il-bandiera biż-żewġ kuluri aħmar u abjad kienet uffiċjalment adottata bħala l-emblema nazzjonali fl-1919, sena wara li l-Polonja pproklamat l-indipendenza tagħha.

Portugal

Il-Portugall

Fl-1910, meta ġiet stabbilita r-repubblika, il-bandiera rjali bajda u blu tilfet postha għall-bandiera ħadra u ħamra tal-lum. L-aħmar jirreferi għar-revoluzzjoni u l-aħdar għat-tama.

L-istemma araldika Portugiża hi superimposta fuq sfera li tissimbolizza l-iskoperti l-kbar tal-baħħara Portugiżi.

Il-bandiera ġiet adottata b''mod uffiċjali fl-1911.

Germany

Il-Ġermanja

Il-bandiera attwali Ġermaniża, li ġiet adottata fit-23 ta'' Mejju 1949, il-ġurnata li fiha r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet stabbilita, tfakkar il-bandiera tal-Federazzjoni Ġermaniża tal-1848 u l-bandiera tar-Repubblika tal-Weimar (1919-33).

L-iswed, l-aħmar u lewn id-deheb huma l-kuluri storiċi tal-Ġermanja li jinstabu fuq l-uniformijiet li ntlibsu minn Baron von Lützow''s Freikorps matul il-Gwerer ta'' Napuljun u fuq il-bnadar tal-Prussja.

Huma wkoll il-kuluri tal-Imperu Ruman: l-iswed jirrappreżenta l-ajkla, l-aħmar lill-munqar u d-dwiefer tagħha, u lewn id-deheb lit-tarka bid-deheb.

United Kingdom

Ir-Renju Unit

Il-bandiera attwali tar-Renju Unit,magħrufa bħala l-Union Flag jew il-Union Jack, hi kombinazzjoni ta'' slaleb ta'' :

- San Gorġ

- Saint Andrew

- Saint Patrick

il-qaddisin patruni rispettivi tal-Ingilterra, l-Iskozja u l-Irlanda. Ġiet adottata uffiċjalment fl-1917.

L-ewwel verżjoni tal-bandiera nħolqot meta r-renji tal-Ingilterra u l-Iskozja ngħaqdu fis-seklu 17. Is-salib ta'' Saint Patrick żdied fl-1801, meta l-Irlanda ġiet inkorporata fir-Renju Unit.

Czech Republic

Ir-Repubblika Ċeka

L-aħmar u l-abjad huma l-kuluri tradizzjonali tal-Bohemja u jidhru fuq stemmi araldiċi sa mill-1192 (iljun abjad fuq sfond aħmar).

L-ewwel bandiera ħamra u bajda Ċeka dehret matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u saret l-ewwel bandiera nazzjonali taċ-Ċekoslovakkja fl-1918.

Peress li kienet turi l-kuluri tal-Bohemja biss, il-blu tal-Moravja u s-Slovakkja ġew miżjuda fl-1920.

L-istess bandiera ġiet adottata b''mod uffiċjali bħala l-emblema nazzjonali tar-Repubblika Ċeka fl-1992.

Romania

Ir-Rumanija

Minkejja li t-tliet kuluri, li huma tant għall-qalb iċ-ċittadini Rumeni, jmorru lura għaż-żmien ta'' Michael il-Kuraġġuż (1593-1601), il-bandiera bi tliet kuluri hi pjuttost reċenti. Dehret għall-ewwel darba fl-ewwel nofs tas-seklu 19 u ġiet adottata b''mod uffiċjali bħala l-bandiera nazzjonali Rumena fl-1859, meta Alexandru Ioan Cuza ġie elett bħala l-prinċep uniku, li jerġa'' jgħaqqad iż-żewġ provinċji ta'' Wallachia u Moldavia.

Slovakia

Is-Slovakkja

It-trikolor orizzontali abjad-blu-aħmar tas-Slovakkja deher għall-ewwel darba fl-1848, iżda mingħajr tarka. It-tarka, li tirrappreżenta tliet muntanji blu u salid abjad partiarkali fuq sfond aħmar, żdiedet mal-bandiera fl-1992, meta s-Slovakkja saret indipendenti.

Slovenia

Is-Slovenja

Il-bandiera tal-Islovenja, li għandha wkoll it-tliet kuluri abjad, blu u aħmar, intużat għall-ewwel darba mill-patrijotti Sloveni fl-1848.

Fl-1991 l-istemma araldika l-ġdida tas-Slovenja żdiedet mal-bandiera. Tirrappreżenta t-Triglav, l-ogħla punt fl-Alpi Sloveni. It-tliet stilel sofor fuq sfond blu huma mill-istemma araldika tal-eks Dukat ta'' Ċelje. Il-mewġiet żgħar jissimbolizzaw ix-xmajjar tas-Slovenja u l-Adriatiku.

Austria

L-Awstrija

Mis-seklu 13 ''il quddiem, il-bandiera Awstrijaka kienet iffurmata minn tarka ħamra fuq strixxa orizzontali bajda. L-istrixxi aħmar-abjad-aħmar dehru għall-ewwel darba fl-1787 fuq l-insinja tal-militar nazzjonali.

Il-bandiera attwali ġiet adottata bħala l-bandiera nazzjonali Awstrijaka fl-1918 u bħala emblema ċivika fl-1921, u ġiet introdotta mill-ġdid fl-1 ta'' Mejju 1945, meta ntemmet l-okkupazzjoni Ġermaniża.

Estonia

L-Estonja

It-trikolor orizzontali blu, iswed u abjad ġie adottai fid-29 ta'' Settembru 1881 mill-assoċjazzjoni tal-istudenti tal-EstonjaVirona. Matul ir-revoluzzjonijiet tal-1905 u l-1917 ġie adottat mill-poplu Estonjan bħala l-bandiera nazzjonali tagħhom, u sar l-emblema tal-istat meta ġiet proklamata l-indipendenza fl-24 ta'' Frar 1918. Ġie adottat mill-ġdid fl-1990, meta l-Estonja reġgħet kisbet l-indipendenza.

Fil-kanzunetti tradizzjonali tal-Estonja, il-blu jirrappreżenta s-sema, l-iswed l-art u l-abjad l-aspirazzjoni għall-ħelsien u t-tama għall-futur.

Skont interpretazzjoni oħra, il-blu jissimbolizza l-fiduċja reċiproka u l-lealtà, l-iswed lill-preżunti missirijiet Estonjani (poplu mlibbes bl-iswed u msemmi minn Erodotu fl-Istejjer) tiegħu u l-abjad lis-silġ li jiksi lill-pajjiż għal nofs sena.

Ireland

L-Irlanda

It-trikolor Irlandiż, li ġie adottat fl-1830, hu bbażat fuq il-bandiera Franċiża. Id-dispożizzjoni tat-tliet kuluri (aħdar, abjad u oranġjo) inbidlet diversi drabi u ma ttiħditx deċiżjoni finali sad-deċennju tal-1920. Il-bandiera ġiet adottata b''mod formali fl-1937.

L-aħdar jirrappreżenta l-moviment nazzjonalista predominantament Irlandiż u l-oranġjo (il-kulur tal-House of Orange) għall-komunità Protestanta. L-abjad, fin-nofs, jissimbolizza l-paċi bejn iż-żewġ komunitajiet.

Sweden

L-Isvezja

Minkejja li l-bandiera Svediża tmur lura għas-seklu 16, il-kuluri u l-proporzjonijiet attwali tagħha ġew adottati fl-1982.

Bid-digriet irjali tal-1569, ir-Re Johan III ordna li l-bastimenti kollha tal-flotta Svediża għandhom itajru s-salib tad-deheb.

Il-bandiera, ibbażata fuq dik Daniża Dannebrog, turi l-kuluri tal-istemma araldika Svediża, datata mis-seklu 14 u tikkonsisti fi tliet kuruni tad-deheb fuq sfond blu lewn is-sema.

Italy

L-Italja

Oriġinarjament, din kienet il-bandiera tar-Repubblika Ċisalpina stabbilita minn Napuljun. Kienet influwenzata mit-trikolor Franċiż u użata mill-1798 sal-1802.

Ġiet introdotta mill-ġdid fl-1848 mir-Re ta'' Sardenja, li żied l-istemma araldika tad-Dar ta'' Savoja mal-istrixxa bajda, u saret il-bandiera tar-Renju sħiħ tal-Italja fl-1861. Meta waqgħet il-monarkija fl-1946, l-istemma araldika tneħħiet.

Hungary

L-Ungerija

Sa mis-seklu 17, l-aħmar, l-abjad u l-aħdar kienu tema importanti fiċ-ċeremonji ta'' kurunazzjoni.

Fid-deċennju li jibda mill-1830 iċ-ċittadini patriottiċi bdew jilbsu dawn il-kuluri, u matul ir-revoluzzjoni tal-1848 it-trikolor ġie adottat bħala l-bandiera nazzjonali. Ġie uffiċjalment introdott mill-ġdid fl-1957.

Il-kuluri huma dawk li hemm fuq l-istemma araldika Ungeriża: tarka ħamra, strixxi bojod, salib patrijarkali u tliet għoljiet ħodor.

Malta

Malta

Iż-żewġ kuluri tal-bandiera huma dawk tal-Kavallieri ta'' San Ġwann ta'' Ġerusalemm.

Il-George Cross żdied fl-1942, meta r-Re Ġorġ VI tal-Ingilterra taha lill-poplu tal-gżira bħala rikonoxximent tar-reżistenza erojka tagħhom matul il-gwerra. Is-salib iġib il-kitba ta'' “For Gallantry”.

Il-bandiera ġiet uffiċjalment adottata bħala emblema nazzjonali fl-1964, meta Malta kisbet l-indipendenza.

Spain

Spanja

L-aħmar u lewn id-deheb kienu magħżula bħala l-emblema nazzjonali fl-1785, iżda l-bandiera Spanjola preżenti ġiet adottata fl-1981.

L-istemma araldika tar-Renju ta'' Spanja tikkonsisti f''tarka bl-istemmi tal-eks-renji ta'' Castilla (kastell), León (iljun feroċi), Aragón (erba'' strixxi ħomor fuq sfond lewn id-deheb) u Navarra (katina tad-deheb fuq sfond aħmar), b''rummiena, simbolu tar-renju ta'' Granada, fil-qiegħ. Il-kolonni ta'' Erkole, li jirrappreżentaw l-Istretti ta'' Ġibiltà, ġew miżjuda minn Charles V sabiex jevokaw l-espansjoni tal-imperu tiegħu lil hinn mix-xtut. Fuq il-kolonna bil-kelma plus hemm kuruna imperjali; fuq il-kolonna l-oħra hemm kuruna rjali. L-istemma attwali tal-Istat hija dik tal-monarkija Spanjola, simbolizzati mill-emblema tal-monarkija tal-Bourbon, li reġgħet tqiegħdet fl-1975: tliet fjuri tal-ġilju lewn id-deheb fuq sfond blu.

Cyprus

Ċipru

Il-bandiera Ċipriotta, li ġiet adottata meta Ċipru saret indipendenti fl-1960, tirrappreżenta l-gżira u żewġ fergħat taż-żebbuġ fuq sfond abjad, li jissimbolizzaw il-paċi bejn il-komunitajiet Griegi u Torok. Madankollu, il-bandiera Griega tintwera aktar fin-Nofsinhar tal-gżira, filwaqt li l-bandiera Torka fit-Tramuntana.

L-isfar tal-gżira hu allużjoni għar-ramm fil-mini ta'' Ċipru sa mit-tielet millenju QK. Fil-fatt, il-kelma "copper" bl-Ingliż toriġina mill-isem Grieg għal Ċipru: Kypros.


Agħlaq din il-window u mur lura għal-logħba