Mogħdija tan-navigazzjoni
L-UE tipprova tagħmel il-ħajja tagħna aħjar b'ħafna modi. Tħares il-kampanja, tiżgura li l-ikel tagħna jkun sikur, tagħmel it-telefonati u l-messaġġi orħos, tiġġieled kontra l-kriminalità u ħafna, ħafna aktar.
L-UE taħdem ukoll biex ittejjeb il-ħajja tat-tfal u ż-żgħażagħ. Trid tkun taf drittijietek, x'għandek tistenna mid-dinja ta' madwarek u dak li m'għandekx għalfejn toqgħod għalih!
Hemm ħafna x'tiskopri - u dan hu l-aħjar post biex tibda. Iddeverti!
Dan is-sit tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal huwa għat-tfal u ż-żgħażagħ bħalek! Ilgħab il-logħob, ara l-kartuns u l-filmati u tgħallem dwar drittijietek. Tista' wkoll tiskopri lil min għandek tikkuntattja f'pajjiżek jekk tħoss li m'intix tiġi ttrattat b'mod ġust. Oli, Ana u sħabhom jiggwidawk fi triqtek.
ŻurnaInti x'taf dwar l-Unjoni Ewropea (UE)?
Kont taf li hemm aktar minn 500 miljun ruħ jgħixu fl-Unjoni Ewropea?
Kont taf li n-nies tal-Unjoni Ewropea jitkellmu 23 lingwa uffiċjali differenti?
U li l-Unjoni Ewropea nħolqot aktar minn 50 sena ilu meta kien hemm biss 6 pajjiżi u matul iż-żmien kibret għal 27 pajjiż?
Inti qatt smajt bil-bandiera Ewropea li għandha tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu?
aħseb li taf xi ħaġa dwar il-lingwi? Ara kemm taf permezz tal-kwiżż tagħna dwar il-lingwi Ewropej.
Suq l-ajruplan filwaqt li tevita l-ostakli u iġbor il-punti billi twieġeb il-mistoqsijiet dwar l-UE u drittijietek
Ara kemm taf dwar l-UE u s-27 pajjiż membru tagħha meta jkollok ir-rwol ta' aljen li qed iżur il-pjaneta tagħna. Ilgħab waħdek jew sfida l-ħbieb - din il-logħba fiha ħafna taħbil il-moħħ!
Ipprova dan il-kwiżż u skopri kemm taf dwar l-istorja tal-Ewropa. Tir fuq naviċella spazjali lejn it-tweġiba t-tajba, imma oqgħod attent minħabba l-meteoriti!
Kont taf li għandek id-dritt li tkun sikur, li jkollok min jieħu ħsiebek tajjeb, li jagħtuk ikel tajjeb, li tara t-tabib jekk tkun ma tiflaħx, li titgħallem, tilgħab u tistrieħ? Ilgħab il-logħba tal-pool u skopri drittijietek kollha!
Sir Eko-Aġent u agħmel il-kwiżżijiet u l-logħob biex tidħol fis-sala tal-Eko-Aġenti famużi! Trid tkun taf ħafna dwar l-ambjent biex tmur tajjeb.
Pixel, Urso, Kangi, Blu, Nina, Max u Bob iridu jiggwidawk fi drittijietek, imma inqabdu fuq il-gżira abbandunata. Ipprova salvahom billi turi li taf drittijietek u b'hekk issib triqtek lejn il-libertà.
Trid tkun taf x'inhuma l-ħtieġijiet bażiċi tal-annimali tar-razzett u minn fejn jiġi l-ikel li tiekol? Ara kemm-il punt jirnexxilek tikseb billi tgħin lill-ħaddiema tar-razzett inaddfu l-maqjel tal-baqar jew jitimgħu għoġol!
L-UE għandha 23 lingwa uffiċjali. Identifikahom filwaqt li tevita l-brimb biex tirbaħ il-punti. Trid tħaffef!
Agħmel il-jigsaw puzzle biex issib lil Ana u Oli, Pixel, Urso, Kangi, Blu, Nina, Max and Bob li qegħdin hawn biex jiggwidawk fi drittijietek.
X'lest li tagħmel biex tħares l-ambjent u żżomm ruħek b'saħħtek? Ċaqlaq il-karattru tiegħek madwar il-bord u wieġeb il-mistoqsijiet int u għaddej, biex tara kemm taf dwar il-ħarsien tar-riżorsi naturali u l-enerġija.
Agħżel l-ilwien favoriti tiegħek biex tpinġi lil Ana u Oli, Pixel, Urso, Kangi, Blu, Nina, Max and Bob li qegħdin hawn biex jiggwidawk fi drittijietek.