Mogħdija tan-navigazzjoni

  • EUROPA
  • Dwar dan is-sit
  • Kuntatt

Stqarrija dwar il-Privatezza

Inti ikkuntatjajt lill-Webmaster tas-sit EUROPA. Din il-kaxxa postali hija amministrata mid-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-Komunikazzjoni. Jekk jogħġbok innota li d-data personali tiegħek hi miġbura biss sakemm hu neċessarju biex titwieġeb il-mistoqsija tiegħek. Jekk it-tim li jamministra l-kazxxa postali ma jistax iwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu jgħaddi l-e-mail tiegħek lis-servizz rilevanti. Inti tkun infurmat, b’e-mail, dwar liema servizz tkun ġiet mgħoddija lilu l-mistoqsija tiegħek.

għandu aċċess għall-informazzjoni tiegħek?

Tim ta' uffiċjali tal-Kummissjoni responsabbli minn din il-kaxxa postali u l-uffiċjal inkarigat mill-ħarsien tal-privatezza fi ħdan id-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-Komunikazzjoni għandhom aċċess għall-informazzjoni tiegħek.

Kif inhi prottetta l-informazzjoni tiegħek?

L-informazzjoni li tinġabar permezz ta' din il-kaxxa postali ma tiġi trażmessa lil ħadd barra mill-Kummissjoni Ewropea. Fil-Kummissjoni, huma l-uffiċjali inkarigati biss li jistgħu jaċċessaw it-tagħrif u jkunu jeħtieġu ID ta' l-Utent kif ukoll password biex jagħmlu dan.

Kif tista' taċċessa t-tagħrif tiegħek?

Int m'għandek l-ebda aċċess dirett għat-tagħrif maħżun. Jekk inti tixtieq timmodifika jew tħassar xi data li int pprovdejt, jew għandek xi mistoqsija jew talba li tikkonċerna din l-informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil: EUROPA-Coordination-Team.

Għal kemm żmien se nżommuha din id-data?

L-informazzjoni kollha li nirċievu tinżamm għal mhux aktar minn sena.

Bażi ġuridika

Aktar tagħrif dwar l-impenn ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea fejn tidħol il-privatezza ta' l-utent tinsab fil-paġna ta' l-Avviż legali importanti tagħna.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?