Mogħdija tan-navigazzjoni

Politika dwar l-aċċessibilità tal-web

Il-websajts uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-UE għandhom isegwu l-linji gwida għal aċċessibilità tal-kontenut tal-web. Dan ifisser li t-testi, l-immaġnijiet, il-forom, il-ħsejjes, eċċ. għandhom ikunu aċċessibbli u jinftehmu minn bosta nies kemm jista' jkun possibbli mingħajr diskriminazzjoni.

Il-paġni "ewlenin" ta' EUROPA jsegwu l-linji gwida għall-aċċessibilità tal-kontenut tal-Web (WCAG) (verżjoni 2.0), livell AA, maħruġ mill-konsorzju tal-World wide web (W3C) bħala parti mill-inizjattiva għall-aċċessibilità tal-Web English.

Il-vidjows u d-dokumenti b'format Word jew PDF użati fi wħud mill-paġni jistgħu ma jkunux ottimizzati f'termini ta' aċċessibilità.

Il-paġni u s-sottositi l-ġodda kollha ta' EUROPA għandhom jissodisfaw l-istess standards ta' aċċessibilità. Qed naħdmu wkoll biex inwasslu kemm hu possibbli ħafna mill-paġni fil-livell aktar baxx għall-istess livell.

Għal aktar informazzjoni dwar dak li qed nagħmlu, ara l-linji gwidi tagħna dwar kif tiġi prodotta l-aċċessibilità tal-paġni tal-web English.

Links

Il-politiki tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-użu diġitali u l-inklużjoni elettronika English

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?