<span>Verżjoni flip book - ikklikkja fuq il-qoxra</span>

Verżjoni flip book - ikklikkja fuq il-qoxra

format PDF [9MB]

Ħareġ ir-Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea 2012

Trid issir taf x'għamlet l-Unjoni Ewropea matul l-2012? X'deċiżjonijiet ħadet l-UE sabiex tiġġieled il-kriżi ekonomika u finanzjarja? X'sar sabiex it-tkabbir jingħata spinta 'l quddiem u sabiex jiġu mħarsa l-impjiegi? Kif ibbenefikaw l-Ewropej mill-Unjoni? X'kontribut tat l-Unjoni fix-xena internazzjonali?
Issa tista' ssib it-tweġibiet kollha fir-Rapport Ġenerali tal-2012. Ir-Rapport Ġenerali jiġi ppubblikat kull sena mill-Kummissjoni Ewropea, u jagħti rendikont tal-inizjattivi u l-kisbiet ewlenin tal-UE għal matul dik is-sena.
It-test huwa maqsum f’6 kapitoli:

  • Lejn unjoni politika
  • It-tisħiħ tal-governanza ekonomika u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni Ewropea
  • Tkabbir aktar qawwi
  • Enfasi akbar fuq iċ-ċittadini tal-UE
  • UE aktar b'saħħitha fid-dinja
  • Ħidmet l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej

Ir-Rapport huwa disponibbli wkoll f’verżjoni e-book sabiex jinqara bl-aħjar mod fuq mowbajls jew tablets. Sabiex tarah, jekk jogħġbok segwi l-link tal-EU Bookshop.

Kopja stampata tar-Rapport ta’ 218-il paġna bil-kulur tista’ tiġi ordnata mill-EU Bookshop. L-istess japplika għar-Rapporti għas-snin preċedenti, mis-sena 2000 sa llum. Flimkien joffru ħarsa ġenerali wiesgħa tal-attivitajiet, tal-isfidi u tal-kisbiet tal-UE matul is-snin.

Niżżel il-verżjonijiet preċedenti: