Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa
Għaliex ħafna drabi, inħarsu lejn ix-xjuħija bħala theddida minflok opportunità, kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà.
L-għadd dejjm jikber ta' anzjani jitqies bħala piż għall-persuni żgħażagħ li jaħdmu. Madankollu, maż-żmien qed insiru iktar b'saħħitna mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilna. U l-anzjani tal-lum għandhom ħiliet u esperjenzi tad-deheb li ż-żgħażagħ jistgħu jieħdu u jgawdu minnhom.
Li nibqgħu attivi hekk kif nixjieħu hu importanti biex nindirizzaw l-isfida tax-xjuħija.
Xjuħija attiva tfisser
Li titqajjem kuxjenza. Jinxterdu l-eżempji tajbin. Li l-fassala tal-politika u l-partijiet interessati fil-livelli kollha jiġu mħeġġa jiffaċilitaw ix-xjuħija attiva.
L-UE tista' tappoġġa dan kollu f'oqsma ta' politika bħall-impjiegi, is-saħħa pubblika, is-soċjetà tal-informazzjoni, it-trasport u l-protezzjoni soċjali.
Il-Kummissjoni Ewropea se tistieden lill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema biex jimpenjaw ruħhom f'azzjonijiet u għanijiet speċifiċi (2011), biex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati kisbiet tanġibbli matul is-Sena Ewropea (2012).
L-impenji jistgħu:
L-ibliet jistgħu jingħaqdu mal-programm dwar l-ibliet adattati għall-anzjani. Uzņēmumi var uzlabot darba apstākļus gados veciem darbiniekiem. Pilsoniskās sabiedrības organizācijas var kultivēt pensionāru brīvprātīgo darbu.
L-UE diġà ħadet inizjattivi biex tippromwovi x-xjuħija attiva fl-oqsma tal-istrateġija dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni tal-adulti, is-saħħa pubblika u s-soċjetà tal-informazzjoni. Is-Sena Ewropea se tagħti lil dawn l-isforzi iktar viżibilità.
Iva – minn programmi tal-UE eżistenti bħall-Fond Soċjali Ewropew, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Programm Kwadru tar-Riċerka. Aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament se jkun disponibbli fuq dan is-sit sa Settembru.
Kull pajjiż tal-UE se jaħtar koordinatur nazzjonali biex jorganizza attivitajiet relatati mas-Sena Ewropea. Il-Kummissjoni se tikkoordina fil-livell tal-UE u tħeġġeġ lil kull min hu involut biex jaqsam l-informazzjoni.