Навигационна пътека

  • Отпечатайте тази страница
  • Намаляване на шрифта
  • Увеличаване на шрифта
  • Висококонтрастна версия
  • Изберете стандартен цвят

Programmi tal-Isport għall-Anzjani

Malta

Malta

Programmi tal-Isport għall-Anzjani

Barra mill-programmi ta’ eżerċizzju fiżiku organizzati fid-19-il day centre għall-anzjani fejn jattendu bejn wieħed u ieħor 2 000 ruħ, ftit ġimgħat ilu l-Gvern nieda l-programm FIT fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul (SVPR) flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport. Dan il-programm huwa maħluq għar-residenti ta’ San Vinċenz de Paul u joffri 24 klassi ta’ eżerċizzju fiżiku kull erba’ ġimgħat f’partijiet differenti tar-Residenza. Barra minn hekk, il-programm SWIM FIT ġie mniedi għal dawk li għandhom iżjed minn sittin sena u dan jagħtihom il-possibiltà li jużaw il-faċilitajiet fil-pixxina tal-Università ta’ Malta.

Dan sar uffiċjali fis-16 ta’ Mejju mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura tal-Komunità Mario Galea waqt il-preżentazzjoni tal-midalji lill-anzjani li ħadu sehem f’Jum l-Isport organizzat mill-persunal tad-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura tal-Komunità u tad-Day Centres. Din is-sena l-attività saret iktar sinifikanti minħabba li hija s-Sena Ewropea għat-Tixjieħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.

600 ċittadin anzjan ħadu sehem fl-attività u bejn wieħed u ieħor 500 student attendew jum l-isport għall-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea feraħ lill-anzjani għas-sehem tagħhom fl-attività u ħeġġeġ liċ-ċittadini anzjani kollha biex jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku li jgħinhom biex ikollhom ħajja aħjar u iktar b’saħħitha. Mario Galea ħeġġeġ ukoll lill-istudenti li attendew biex japprezzaw dak kollu li l-anzjani jagħmlu għas-soċjetà.

Matul l-attività, is-Sur Galea kkummenta wkoll fuq id-Day Centres għall-Anzjani li għandhom funzjoni importanti f’Malta minħabba li joffru iktar minn sempliċiment post fejn wieħed jiltaqa’. Id-Day Centres joffru opportunitajiet ta’ tagħlim, terapija okkupazzjonali u servizzi ta’ podoloġija. Dawn tal-aħħar ġew introdotti riċentament f’għadd ta’ ċentri u eventwalment dan is-servizz se jkun disponibbli fiċ-ċentri kollha.

 
Организатор: Il-Ministeru għas-Saħħa, għall-Anzjani u għall-Kura tal-Komunità – Malta

Il-missjoni tal-Ministeru għas-Saħħa, għall-Anzjani u għall-Kura tal-Komunità hija li tipproteġi u tippromwovi s-saħħa tan-nies tal-gżejjer Maltin.

 
Уебсайт: https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/elderly/day_centres_services.aspx
 
За контакти: ecsd@gov.mt