Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

  • ipprintja din il-paġna
  • Ċekken il-karattri
  • Kabbar il-karattri
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Dwar is-sena

2012 - Is-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet

Is-sena hi intiża biex tqajjem kuxjenza dwar il-kontribuzzjonijiet li l-persuni anzjani jagħtu lis-soċjetà. Tara li tħeġġeġ lil dawk li jħejju l-politika u l-partijiet interessati rilevanti fil-livelli kollha biex jieħdu azzjoni bl-għan li jinħolqu opportunitajiet aħjar għal anzjanità attiva u t-tisħiħ tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

X'inhi l-anzjanità attiva?

L-anzjanità attiva tfisser li tibqa' f'saħħa tajba u membru sħiħ tas-soċjetà, tħossok sodisfatt b'xogħlok, tkun iktar indipendenti fil-ħajja ta' kuljum u iktar involut bħala ċittadin. L-età hi irrilevanti sakemm inkunu nistgħu nagħtu sehemna fis-soċjetà u ngawdu minn kwalità aħjar tal-ħajja. L-isfida hi li nagħmlu li nistgħu mill-potenzjal enormi li għandna anke f'età iktar avvanzata. Is-Sena Ewropea 2012 għandha l-għan li tippromwovi anzjanità attiva fi tliet oqsma:

L-impjieg - hekk kif it-tul tal-ħajja qed jiżdied fl-Ewropa, l-età tal-pensjoni qed tibda iktar tard, iżda ħafna qed jibżgħu li ma jirnexxilhomx jibqgħu jaħdmu jew isibu xogħol ieħor sakemm jirtiraw b'pensjoni deċenti. Jeħtieġ nagħtu lill-ħaddiema iktar anzjani opportunitajiet aħjar fis-suq tax-xogħol.

Il-parteċipazzjoni fis-soċjetà - li tirtira ma jfissirx li toqgħod ma tagħmel xejn. Il-kontribuzzjoni tal-persuni anzjani lis-soċjetà bħala persuni li jieħdu ħsieb lill-oħrajn, tipikament lill-ġenituri jew lin-neputijiet tagħhom, ħafna drabi ma jiġux ikkunsidrati, u bl-istess mod ir-rwol tagħhom bħala voluntiera. Is-Sena Ewropea tara li tiżgura iktar rikonoxximent lejn dak li l-persuni anzjani jagħtu lis-soċjetà u li toħloq kundizzjonijiet ta' appoġġ għalihom.

Il-ħajja indipendenti - is-saħħa tibda tmajna mal-età, iżda jista' jsir ħafna biex inkampaw hekk kif nibdew sejrin għan-niżla. U tibdiliet żgħar fl-ambjent tagħna jistgħu jagħmlu differenza kbira lill-persuni li jbatu minn problemi u diżabbiltajiet differenti. L-anzjanità attiva tfisser ukoll iktar awtonomija mal-età biex nibqgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna għall-itwal żmien possibbli.

Politiki tal-UE

Il-Kontribuzzjoni tal-UE għal Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet

Demografija, anzjanità attiva u pensjonijiet – gwida tal-Ewropa Soċjali

Finanzjament tal-UE

Kif tista' tiġi promossa anzjanità attiva fl-Ewropa - Appoġġ tal-UE għall-atturi lokali u reġjonali

Fatti u ċifri

Stħarriġ Speċjali tal-Ewrobarometru dwar l-anzjantià attiva

Eurostat - Daqqa t'għajn statistika lejn l-UE 2012: Anzjanità attiva u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet

Wiki tal-Indiċi dwar l-Anzjanità Attiva