Mogħdija tan-navigazzjoni

In-netwerk ta' informazzjoni Europe Direct ikopri l-UE kollha u jinkludi uffiċċji li jieħdu ħsieb tal-komunikazzjoni, ifornu riżorsi u jqiegħdu f'kuntatt lill-organizzaturi mal-kelliema.
Jipprovdu informazzjoni ġenerali tal-UE (avvenimenti li jqajmu kuxjenza, websajts, pubblikazzjonijiet, impenn max-xandir lokali) u jindirizzaw rikjesti pubbliċi wiċċ imb'wiċċ jew bit-telefown / email.
Esperti li jistgħu jagħmlu preżentazzjonijiet, imexxu gruppi ta' ħidma jew dibattiti f'fieri u konferenzi jew fi ħdan organizzazzjonijiet fuq stedina (skejjel, NGOs, negozji, eċċ.).
Jagħmlu intervisti u jiktbu artikli għall-istampa.
Tista' tiltaqa' ma' dawn l-ispeċjalisti personalment f'varji avvenimenti li jiffukaw fuq l-UE jew tistedihom bħala kelliema fl-avveniment tiegħek.