Is-servizzi li nipprovdu
Servizz tal-informazzjoni ċentrali
Tista' ċċemplilna jew tibgħat email bi kwalukwe lingwa uffiċjali tal-UE għal:
- tweġiba fil-pront għal mistoqsijiet ġenerali marbuta mal-UE
- direzzjonijiet għall-aħjar sorsi ta' informazzjoni / parir u dettalji tal-kuntatti (fuq livell tal-UE, nazzjonali jew lokali)
- Informazzjoni dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE u kif tista' teżerċithom (kif iġġib permess ta' residenza jew kif il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti f' pajjiż ieħor tal-UE, kif tista' tgħaddi lment fuq prodotti li mhumiex sikuri, eċċ.)
- iktar informazzjoni speċjalizzata (fejn meħtieġ)
- tqassim b’xejn bil-posta ta’ ċerti pubblikazzjonijiet tal-UE
Jekk qed issib diffikultà biex tinnaviga f'websajt tal-Unjoni Ewropea, web chat tista' tgħinek issib:
-
dokumenti speċifiċi tal-UE (leġiżlazzjoni, pubblikazzjonijiet, stqarrijiet għall-istampa eċċ)
- skedi informattivi, rapporti, statistika, dokumenti ta' ħidma eċċ. dwar politiki speċifiċi tal-UE.
- informazzjoni dwar l-integrazzjoni Ewropea, l-istorja, is-simboli, l-istituzzjonijiet eċċ.
Dak li Europe Direct ma jistax joffri
-
soluzzjoni ta' problemi - ma nistgħux nitolbu jew nibagħtu lment għalik (għalkemm nistgħu ngħidulek lil min għandek tikkuntattja)
-
kummenti dwar pożizzjonijiet jew kwistjonijiet speċifiċi ta' politika tal-UE
-
parir legali (interpretazzjoni tal-liġijiet tal-UE)
Fuq
Servizzi ta' informazzjoni lokali
Netwerk ta' ċentri ta' informazzjoni, ċentri ta' dokumentazzjoni u kelliema f'kull pajjiż tal-UE.
Ikkuntattja ċ-ċentru ta' informazzjoni ta' Europe Direct lokali tiegħek - b'kull lingwa uffiċjali tal-UE għal:
- tweġibiet għal mostoqsijiet dwar id-drittijiet tiegħek fl-UE, iffinanzjar eċċ
- stediniet għall-avvenimenti liokali ta' netwerking / informazzjoni dwar l-UE
- dokumenti u pubblikazzjonijiet tal-UE
- riferenzi għall-sorsi oħra ta' informazzjoni
- dettalji ta' kuntatti għal organizzazzjonijiet relevanti
X'inhuma ċ-ċentri Europe Direct?
Attendi avveniment ta' informazzjoni dwar l-UE f'pajjiżek
Ikkuntattja ċ-ċentru ta' dokumentazzjoni Ewropea viċin tiegħek għal:
- aċċess għall-pubblikazzjonijiet u dokumenti uffiċjali tal-UE (onlajn u ipprintjati)
- għajnuna biex issib informazzjoni dettaljata dwar il-liġijiet l-integrazzjoni, il-politiki u l-istituzzjonijiet Ewropej
- taħriġ għall-istudenti dwar sejba ta' fatti dwar l-UE
X'inhuma ċ-ċentri ta' dokumentazzjoni Ewropea?
Sib kelliem espert dwar l-UE (avukati, konsulenti, akkademiċi) jekk qed tippjana avveniment iffukat fuq l-UE.
X'inhuma l-kelliema esperti dwar l-UE (Team Europe)?
Fuq