Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċempel liċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct għal għajnuna u pariri bil-lingwa tiegħek.
Matul il-ġimgħa bejn 9.00 - 18.00 CET.
Jekk iċċempel f'ħin ieħor tista' tħalli messaġġ.
Iva - l-informazzjoni li tingħata hija b'xejn, kif ukoll it-telefonati normalment (għalkemm xi operaturi, kabini tat-telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).
Iva - billi hi lingwa uffiċċjali tal-UE.
It-telefonata tiegħek titwieġeb bil-lingwa tal-pajjiż tal-UE li minnu qed iċċempel. Jekk din mhix il-lingwa tiegħek, tista' titlob li jqabbduk ma' xi ħadd li jitkellem il-lingwa tiegħek.
Jekk m'hemmx operaturi li jitkellmu bil-lingwa tiegħek, tista' jew tagħżel lingwa oħra jew titlob li jċemplulek lura iktar tard.
90% tal-mistoqsijiet jissolvew b'telefonata waħda.
Madankollu, mistoqsijiet iktar kumplessi jistgħu jieħdu l-ħin biex issir riċerka. F'dawn il-każi, tista' tintalab biex tibgħat il-mistoqsija tiegħek bl-email jew tistenna li nerġgħu inċemplulek.
Ngħidulek min qed jieħu ħsieb il-mistoqsija tiegħek u kemm għandek iddum tistenna għal tweġiba.
Iċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct jipprova jipprovdik bl-informazzjoni li tlabt, jew imexxik lejn is-sors xieraq. Madanakollu, l-informazzjoni li jipprovdi m'għandhiex tkun ikkunsidrata li torbot legalment.