Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali 

Sistema politika

Il-Belġju hu monarkija kostituzzjonali federali fejn ir-Re hu l-kap tal-istat u l-prim ministru hu l-kap tal-gvern f’sistema multipartitarja. Is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma maqsuma bejn 3 livelli ta’ gvern: il-Gvern Federali, 3 komunitajiet ibbażati fuq il-lingwa (Fjamminga, Franċiża u Ġermaniża) u 3 reġjuni (Flanders, il-Kapitali ta’ Brussell u Wallonia). Legalment kollha huma ugwali, iżda għandhom setgħat u responsabbiltajiet għal oqsma differenti. Brussell, flimkien mal-Belt tal-Lussemburgu u Strasburgu, hi waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. 

Kummerċ u ekonomija

Il-Belġju jinsab fis-sitt post fl-Unjoni Ewropea f’termini ta’ PDG per capita b’€42,400, ferm ogħla mill-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 3.4% tal-PDG totali tal-UE.  

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)   

(Sors: Eurostat   ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)   

Il-Belġju fl-UE  

Baġits u finanzjament

Kemm iħallas u jirċievi l-Belġju mill-UE?  

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, kompetittiva u ta’ suċċess. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.    

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Belġju   

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif il-Belġju jibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.