Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija deċentralizzata

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Logo of European Union Intellectual Property Office (EUIPO)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jimmaniġġja d-drittijiet tat-Trademarks u tad-Disinn tal-UE, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni
  • Direttur Eżekuttiv: Christian Archambeau
  • Stabbilit: fl-1994
  • Numru ta’ persunal: 775
  • Lokalità: Alicante (Spanja)
  • Sit web: EUIPO

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jamministra d-drittijiet tat-Trade Mark u d-Disinn, applikabbli fl-UE kollha. Dawn id-drittijiet jikkomplementaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) u huma marbuta ma’ sistemi internazzjonali tal-PI. Mill-2012 'l hawn, l-EUIPO kien responsabbli għall-Osservatorju tal-UE  dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali u l-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni.

Dak li tagħmel

Bħala medja, l-Uffiċċju jirċievi u jeżamina aktar minn 150,000 trademark u 90,000 applikazzjoni ta' disinn fis-sena. Jinkuraġġixxi wkoll il-koverġenza tal-prattiki fost l-uffiċċji tal-PI tal-pajjiżi tal-UE permezz tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. Għodda tal-PI li hi aktar faċli biex tintuża.

Permezz tal-Osservatorju, l-Uffiċċju jiġbor flimkien netwerk fuq medda wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, biex titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ ksur tal-PI permezz ta’ studji, proġetti u għodod. L-EUIPO jimmaniġġja wkoll il-Bażi tad-Dejta tax-Xogħlijiet Orfni, billi jipprovdi aċċess diġitalizzat għall-informazzjoni pubblika dwar xogħlijiet letterarji, ċinematografiċi jew awdjoviżwali, stampi u ritratti.

Min jibbenefika

Id-drittijiet tal-PI huma essenzjali għall-attività ekonomika u t-tkabbir. Huma jipprovdu valur sinifikanti lis-sidien tagħhom u l-ekonomija b’mod ġenerali. L-EUIPO jimmira li s-servizzi tiegħu jkunu aċċessibbli u faċli li jintużaw, sabiex jinħolqu sinerġiji fl-UE u lil hinn minnha mal-isħab u l-partijiet ikkonċernati tagħha:

  • l-utenti tas-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-PI, b'mod partikulari n-negozji żgħar u ta' daqs medju
  • l-uffiċċji tal-PI tal-UE u dawk li mhumiex mill-UE
  • l-assoċjazzjonijiet tal-utenti
  • korpi internazzjonali oħrajn fil-qasam tal-PI.

Ara wkoll

Servizzi onlajn tal-EUIPO – Għodda tal-IP

Korsijiet onlajn

Newsletters

Avvenimenti u pubblikazzjonijiet

Impjiegi

Kuntatt

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Isem
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Sit web
https://www.euipo.europa.eu/mt
Email
informationateuipo [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+34 96 513 91 00
Indirizz postali
Avenida de Europa 4, 03008 Alicante Alicante, Spain
Media soċjali