Involvi ruħek fit-tfassil tal-politika Ewropea

Trid tieħu sehem fit-tfassil tal-politiki Ewropej? Hemm diversi modi kif tista' tagħmel dan:

Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini

Sejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi leġiżlazzjoni dwar kwistjoni li tinteressak - permezz ta' ECI. Sabiex turi li għandha appoġġ wiesa', jinħtieġ li l-inizjattiva tiegħek tiġi ffirmata minn miljun ċittadin tal-UE, minn tal-inqas kwart tal-pajjiżi membri tal-UE (7 minn 28).

Konsultazzjonijiet pubbliċi

Meta l-Kummissjoni tibda taħdem fuq inizjattiva ta' politika ġdida jew tirrevedi leġiżlazzjoni li diġà teżisti, ġeneralment tiftaħ konsultazzjoni pubblika.

Individwi, negozji u organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess jew għarfien espert dwar xi suġġett jistgħu jgħinu fit-tiswir tal-abbozz tal-proposta tal-Kummissjoni qabel ma tgħaddi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għad-diskussjoni u l-adozzjoni.

Petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, kif ukoll kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE jistgħu jagħmlu petizzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet relatati ma' politika tal-UE li taffettwahom direttament.

Reġistru għat-Trasparenza

Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom jistgħu juru l-impenn tagħhom li "jimxu skont ir-regoli" meta jagħmlu l-lobbying fl-UE billi jidhru fir-Reġistru għat-Tasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni.

Ilmenti formali

Inti tista':

 Ara wkoll

  • Ewrobarometru English (en) français (fr)  

 Downloads

  • Il-gwida għall-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini pdf - 5 MB [5 MB] English (en)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?