Mogħdija tan-navigazzjoni

Trattati tal-UE

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-Istat tad-dritt. Dan ifisser li kull azzjoni li tieħu l-UE hi msejsa fuq it-trattati li ġew approvati b'mod volontarju u demokratiku mill-pajjiżi membri kollha tal-UE. Ngħidu aħna, jekk qasam ta' politika mhuwiex imsemmi fit-trattat, il-Kummissjoni ma tistax tipproponi liġi f'dak il-qasam.

Trattat hu ftehim vinkolanti bejn il-pajjiżi membri tal-UE. Jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha.

It-Trattati huma emendati biex l-UE ssir iktar effiċjenti u trasparenti, biex tħejji għall-pajjiżi membri l-ġodda u biex iddaħħal oqsma ġodda ta' kooperazzjoni – bħall-munita unika.

Skont it-trattati, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jadottaw il-leġiżlazzjoni, li l-pajjiżi membri mbagħad jimplimentaw. It-testi sħaħ tat-trattati, il-leġiżlazzjoni, il-każistika u l-proposti leġiżlattivi huma disponibbli fuq il-bażi tad-dejta tal-liġi tal-UE EUR-Lex.

Testi sħaħ:


It-trattati ewlenin huma:

It-Trattat ta' Lisbona

Iffirmat : 13 ta' Diċembru 2007

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Diċembru 2009

Għan : biex l-UE ssir iktar demokratika, iktar effiċjenti u iktar kapaċi tindirizza l-problemi globali, bħat-tibdil fil-klima, b'vuċi waħda.

Tibdiliet ewlenin : iktar poter għall-Parlament Ewropew, bidla fil-proċeduri tal-votazzjoni fil-Kunsill, l- inizjattiva taċ-ċittadini , president permanenti tal-Kunsill Ewropew, Rappreżentant Għoli ġdid għall-Affarijiet Barranin, servizz diplomatiku ġdid tal-UE.

It-Trattat ta' Lisbona jikkjarifika liema poteri:

  • jappartjenu għall-UE
  • jappartjenu għall-pajjiżi membri tal-UE
  • huma maqsuma.

It-Trattat li jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa pdf - 3 MB [3 MB] čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) (2004) - b'għanijiet simili bħat-Trattat ta' Lisbona – kien iffirmat iżda qatt ma ġie ratifikat.

It-Trattat ta' Nizza

Iffirmat : 26 ta' Frar 2001

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Frar 2003

Għan : biex jirriforma l-istituzzjonijiet biex l-UE tkun tista' tiffunzjona b'mod effiċjenti wara li tilħaq 25 pajjiż membru.

Tibdiliet ewlenin : metodi biex tinbidel il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni u tibdil fis-sistema ta' votazzjoni fil-Kunsill.

It-test sħiħ tat-Trattat ta' Nizza

It-Trattat ta' Amsterdam

Iffirmat : 2 ta' Ottubru 1997

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Mejju 1999

Għan : biex jirriforma l-istituzzjonijiet tal-UE fit-tħejjija għall-wasla tal-pajjiżi membri futuri.

Tibdiliet ewlenin : emenda, rinumerazzjoni u konsolidazzjoni tat-trattati tal-UE u tal-KEE. Teħid ta' deċiżjonijiet iktar trasparenti (użu usa' tal-proċedura ta' kodeċiżjoni ).

It-test sħiħ tat-Trattat ta' Amsterdam pdf - 3 MB [3 MB] dansk (da) Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) Nederlands (nl) português (pt) suomi (fi) svenska (sv)

It-Trattat tal-Unjoni Ewropea - it-Trattat ta' Maastricht

Iffirmat : 7 ta' Frar 1992

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Novembru 1993

Għan : biex iħejji għall-Unjoni Monetarja Ewropea u jdaħħal elementi ta' unjoni politika (ċittadinanza, politika barranija komuni u affarijiet interni).

Tibdiliet ewlenin : l-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea u l-introduzzjoni tal-proċedura ta' kodeċiżjoni, biex b'hekk il-Parlament ikollu influwenza ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Forom ġodda ta' kooperazzjoni bejn il-gvernijiet tal-UE – pereżempju dwar id-difiża u l-ġustizzja u l-affarijiet interni.

It-test sħiħ tat-Trattat ta' Maastricht pdf - 4 MB [4 MB] dansk (da) Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) Nederlands (nl) português (pt)

L-Att Uniku Ewropew

Iffirmat : 17 ta' Frar 1986 (il-Lussemburgu) / 28 ta' Frar 1986 (l-Aja)

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Lulju 1987

Għan : biex jirriforma l-istituzzjonijiet fit-tħejjija għall-adeżjoni tal-Portugall u Spanja u biex jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet fit-tħejjija għas-suq uniku.

Tibdiliet ewlenin : l-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill (biex isir iktar diffiċli għal pajjiż wieħed li juża l-veto għal leġiżlazzjoni proposta), il-ħolqien tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u ta' kunsens għal influwenza akbar tal-Parlament.

It-test sħiħ tal-Att Uniku Ewropew pdf - 9 MB [9 MB] dansk (da) Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) Nederlands (nl) português (pt)

It-Trattat li jgħaqqad - it-Trattat ta' Brussell

Iffirmat : 8 ta' April 1965

Daħal fis-seħħ : 1 ta' Lulju 1967

Għan : biex jissimplifika l-istituzzjonijiet Ewropej.

Tibdiliet ewlenin : il-ħolqien ta' Kummissjoni waħda u Kunsill wieħed biex iservu t-tliet Komunitajiet ewlenin (KEE, Euroatom, KEFA). Tħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam.

It-test sħiħ tat-Trattat li Jgħaqqad DeutschfrançaisitalianoNederlands

It-Trattati ta' Ruma - It-Trattati tal-KEE u EURATOM

Iffirmat i: 25 ta' Marzu 1957

Daħlu fis-seħħ : 1 ta' Jannar 1958

Għan : biex jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom).

Tibdiliet ewlenin : l-estensjoni tal-integrazzjoni Ewropea biex tinkludi l-kooperazzjoni ekonomika ġenerali.

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea françaisitalianoNederlands
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika pdf - 647 KB [647 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

Iffirmat : 18 ta' April 1951

Daħal fis-seħħ : 23 ta' Lulju 1952 Skada: 23 ta' Lulju 2002

Għan : biex joħloq interdipendenza fl-oqsma tal-faħam u l-azzar biex pajjiż wieħed ma jkunx jista' jimmobilizza l-forzi armati tiegħu bla ma jkunu jafu l-oħrajn. B'hekk naqsu t-tensjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja wara t-Tieni Gwerra Dinjija. It-Trattat tal-KEFA skada fl-2002.

Test sħiħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar DeutschfrançaisitalianoNederlands

Meta pajjiżi ġodda ngħaqdu mal-UE, it-trattati fundaturi ġew emendati:

  • 1973 (id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit)
  • 1981 (il-Greċja)
  • 1986 (Spanja, il-Portugall)
  • 1995 (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja)
  • 2004 (Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja)
  • 2007 (il-Bulgarija, ir-Rumanija)
  • 2013 (il-Kroazja).

 Downloads

  • L-ABĊ tal-Liġi tal-UE pdf - 3 MB [3 MB] Deutsch (de) English (en) français (fr)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?