Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE

Il-proċedura standard għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE hi magħrufa bħala l-'Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja' (dik li qabel kienet "il-kodeċiżjoni"). Dan ifisser li l-Parlament Ewropew elett b'mod dirett irid japprova l-leġiżlazzjoni tal-UE flimkien mal-Kunsill (il-gvernijiet ta' 28 pajjiż tal-UE).

Abbozzar tal-liġi tal-UE

Qabel ma tipproponi inizjattivi ġodda l-Kummissjoni tivvaluta l-konsegwenzi potenzjali ekonomiċi, soċjali u ambjentali li dawn jistgħu jkollhom. Hi tagħmel dan billi tipprepara "Valutazzjoni tal-impatt" li jiddefinixxu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' għażliet ta' politika possibbli.

Il-Kummissjoni tikkonsulta partijiet interessati bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-awtoritajiet lokali u r-rappreżentanti tal-industrija u s-soċjetà ċivili. Grupp ta' esperti jagħtu parir dwar kwistjonijiet tekniċi. B'dan il-mod, il-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi jikkorrispondu mal-ħtiġijiet ta' dawk l-aktar ikkonċernati u tiġi evitata burokrazija żejda.

Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-websajt Konsultazzjonijiet pubbliċi.

Il-parlamenti nazzjonali jistgħu formalment jesprimu r-riżervi tagħhom jekk iħossu li jkun aħjar li jieħdu ħsieb il-kwistjoni fil-livell nazzjonali milli fil-livell tal-UE.

Reviżjoni u adozzjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrivedu l-proposti mill-Kummissjoni u jipproponu l-emendi. Jekk il-Kunsill u l-Parlament ma jaqblux dwar l-emendi, isir it-tieni qari.

Fit-tieni qari, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu mill-ġdid jipproponu emendi. Il-Parlament għandu s-setgħa li jimblokka l-leġiżlazzjoni proposta jekk ma jaqbilx mal-Kunsill.

Jekk iż-żewġ istituzzjonijiet jaqblu dwar l-emendi, il-leġiżlazzjoni proposta tista' tiġi adottata. Jekk ma jaqblux bejniethom, kumitat ta' konċiljazzjoni Englishfrançais jipprova jsib soluzzjoni. Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament jistgħu jimblokkaw il-proposta leġiżlattiva waqt dan il-qari finali.

Seduti tal-Parlament Ewropew u xi seduti tal-Kunsill jistgħu jiġu segwiti b'mod dirett onlajn.

Kif tiġi adottata l-leġiżlazzjoni?

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?