Mogħdija tan-navigazzjoni

Regolamenti, Direttivi u atti oħra

L-għanijiet stabbiliti fit-trattati tal-UE jinkisbu permezz ta' tipi differenti ta' atti legali. Wħud minnhom huma vinkolanti, u oħrajn mhumiex. Wħud minnhom japplikaw fil-pajjiżi kollha tal-UE, oħrajn għal ftit minnhom biss.

Regolamenti

"Regolament" hu att leġiżlattiv vinkolanti. Għandu jiġi applikat fl-intier tiegħu madwar l-UE kollha. Ngħidu aħna, meta l-UE riedet tipproteġi l-ismijiet tal-prodotti agrikoli li jiġu minn ċerti żoni bħall-perżut ta' Parma, il-Kunsill adotta regolament.

Direttivi

"Direttiva" hi att leġiżlattiv li jistabbilixxi għan li jridu jiksbu l-pajjiżi kollha tal-UE. Madankollu, l-UE tħalli f'idejn il-pajjiżi individwali biex jiddeċiedu kif jagħmlu dan. Dan kien il-każ tad-direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol, li tistipola li wisq sahra hi illegali. Id-direttiva tistabbilixxi perjodi minimi ta' serħan u għadd massimu ta' sigħat ta' xogħol, iżda hu f'idejn kull pajjiż biex jagħmel il-liġijiet tiegħu u kif jimplimenta d-direttiva.

Deċiżjonijiet

"Deċiżjoni" torbot lil min hi indirizzata (eż. pajjiż tal-UE jew kumpanija individwali) u tapplika direttament. Ngħidu aħna, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li timmulta lil Microsoft minħabba abbuż tal-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq English, id-deċiżjoni tapplika għal Microsoft biss.

Rakkomandazzjonijiet

"Rakkomandazzjoni" mhijiex vinkolanti. Meta l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjoni li l-istrutturi ta' pagament għall-impjegati tas-settur finanzjarju m'għandhomx jinkuraġġixxu teħid eċċessiv ta' riskju , din m'għandhiex konsegwenzi legali. Rakkomandazzjoni tippermetti lill-istituzzjonijiet jesprimu l-opinjoni tagħhom u jissuġġerixxu linja ta' azzjoni mingħajr ma jimponu ebda obbligu legali lil min tkun indirizzata.

Opinjonijiet

"Opinjoni" hi strument li jippermetti lill-istituzzjonijiet jagħmlu dikjarazzjoni b'mod mhux vinkolanti, fi kliem ieħor mingħajr ma' timponi ebda obbligu legali lil min tkun indirizzata. Opinjoni mhijiex vinkolanti. Tista' tinħareġ mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE (il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament), il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Waqt li jkunu qed isiru l-liġijiet, il-kumitati jagħtu l-opinjonijiet tagħhom mil-lat reġjonali, ekonomiku u soċjali speċifiku tagħhom. Ngħidu aħna, il-Kumitat tar-Reġjuni ħareġ opinjoni dwar kif ir-reġjuni jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-enerġija tal-UE English.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?