Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Għaddejt minn kompetizzjoni. X’se jiġri issa?


Listi ta' riżerva

Wara t-tmiem ta' kull kompetizzjoni, l-EPSO jipprovdi lill-Istituzzjonijiet tal-UE b'lista ta' kandidati li għaddew u bis-CVs tagħhom f'format elettroniku . L-EPSO ma jiħux sehem fir-reklutaġġ tal-kandidati mill-Istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, l-EPSO jistabbilixxi l-kwota għal kull Istituzzjoni, jiġifieri jiddetermina kemm mill-kandidati li għaddew fuq il-lista jistgħu jiġu impjegati minn kull Istituzzjoni abbażi tal-ħtiġijiet li dawn ikunu esprimew qabel il-pubblikazzjoni tal-kompetizzjoni, u abbażi tan-numru ta' kandidati li jkunu għaddew. Bħala regola ġenerali, il-kwota titneħħa sena wara l-pubblikazzjoni tal-lista ta' riżerva u mbagħad l-Istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirreklutaw b'mod ħieles.

Kif jindika l-isem, il-listi ta' riżerva jikkostitwixxu ġabra ta' impjegati potenzjali li tibqa' valida, ġeneralment, għal sentejn jew tliet snin wara l-kompetizzjoni. Il-validità tal-listi ta' riżerva tista' tittawwal mill-EPSO skont il-ħtiġijiet tal-Istituzzjonijiet. Tkun infurmat b'dan mill-EPSO. Jista' jgħaddi ċertu żmien sa ma l-kandidati fuq il-lista ta' riżerva jissejħu għal intervista. Ta' min jiftakar ukoll li minkejja li tkun fuq lista ta' riżerva m'għandekx garanzija li tiġi impjegat mill-Istituzzjonijiet.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Immarkar

Kull Istituzzjoni għandha aċċess għal strument intern biex tfittex fil-listi ta' riżerva. Għal perjodu ta' madwar xahar wara t-tmiem tal-kompetizzjoni l-Istituzzjonijiet iħarsu lejn il-bżonnijiet ta' reklutaġġ tagħhom skont il-profili speċifiċi mfittxija u rekwiżiti speċifiċi oħrajn tal-pożizzjonijiet li jridu jimtlew. Dawn jivverifikaw il-profili tal-kandidati fuq il-lista ta' riżerva biex jidentifikaw lil dawk li jaqblu l-aktar mal-bżonnijiet tagħhom, f'termini ta' ħiliet lingwistiċi, esperjenza professjonali, edukazzjoni, eċċ. Dan il-proċess hu magħruf bħala 'immarkar', peress li ladarba Istituzzjoni tidentifika kandidat interessanti din tiddikjara dan billi tagħmel marka mal-isem tal-kandidat. Dan l-istatus ikun viżibbli għall-Istituzzjonijiet l-oħrajn kif ukoll għall-kandidat ikkonċernat. Kull kandidat li jgħaddi jirċievi spjegazzjoni ddettaljata tas-sistema ta' mmarkar permezz tal-Kont tiegħu tal-EPSO.

Is-sistema ta' flagging għall-konkorsi miftuħa

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Reklutaġġ

Kif ikun hemm opportunitajiet ta' xogħol, l-Istituzzjonijiet jikkuntattjaw lill-kandidati mmarkati tagħhom għal intervista u skont ir-riżultat, jistgħu jagħmlu offerta formali ta' xogħol. Għal raġunijiet prattiċi, tista' tiġi mitlub tagħmel eżami mediku fl-istess żmien għax dan hu meħtieġ qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-impjieg. Jekk ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta' Istituzzjoni, terġa' ssir disponibbli għal kunsiderazzjoni minn Istituzzjonijiet oħrajn, jiġifieri l-"marka" titħassar biex għal darb'oħra tkun indikata d-disponibbiltà tiegħek .

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

X’għandek tagħmel

Huwa ta' importanza kruċjali li taġġorna is-CV tiegħek regolarment fil-Kont tiegħek tal-EPSO. L-għodda użata għat-tiftix fil-lista ta' riżerva mid-Dipertimenti tar-Riżorsi Umani tal-Istituzzjonijiet hija bbażata fuq il-klassifikazzjonijiet li tagħżel int stess fl-oqsma Kategorija ta' Xogħol u Tip ta' Edukazzjoni. Li tintroduċi ruħek ma' dawk l-Istituzzjonijiet jew Servizzi li tkun speċifikament interessat fihom jista' jkunlek ta' għajnuna, iżda d-deċiżjoni li tiġi "mmarkat" u l-istedina għal intervista jsiru biss mill-Istituzzjonijiet.

Tista' tivverifika permezz tal-Kont tiegħek tal-EPSO jekk tkunx ġejt immarkat minn xi waħda mill-Istituzzjonijiet. Jekk ikun il-każ, ma tkunx tista' tikkuntattja Istituzzjoni oħra għal xogħol jew intervista sakemm tkun immarkat. Tista' tivverifika wkoll l-istatus tiegħek fuq il-lista ta' riżerva fi kwalunkwe ħin billi ssegwi l-link rilevanti fil-Kont tiegħek tal-EPSO. Din il-link tiġi attivata madwar xahar wara t-tmiem tal-kompetizzjoni.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

X'jagħmlu l-Istituzzjonijiet

Il-kandidati mmarkati huma essenzjalment riżervati għal perjodu qasir (sa 2 xhur) mill-Istituzzjoni li timmarkahom. Wara dak il-perjodu, jekk ma tkun saret l-ebda offerta ta' impjieg minn din l-Istituzzjoni, titneħħa l-marka u l-kandidat isir disponibbli għal darb'oħra biex jitqies mill-Istituzzjonijiet l-oħrajn.

Il-proċess tal-immarkar jirrifletti l-ewwel nett il-ħtiġijiet ta' reklutaġġ tal-Istituzzjonijiet. Huwa minħabba f'hekk li l-preferenza personali tiegħek ta' fejn tixtieq taħdem mhux dejjem tista' tiġi kkunsidrata. L-Istituzzjonijiet kollha għandhom bżonn numru ta' impjegati kompetenti skont id-daqs u l-missjonijiet tagħhom. Għalhekk, jista' jkun il-każ li tkun tixtieq taħdem għal Istituzzjoni partikolari iżda fil-fatt tintgħażel minn oħra. Għandek kull dritt li tirrifjuta offerta li ma tqishiex adatta, iżda ma jkollok l-ebda garanzija ta' offerta oħra.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna