Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Persunal ta' Appoġġ
aqra iktar dwar dan
Segretarji/ Assistenti amministrattivi (AST, CAST)
Il-kompiti amministrattivi tas-segretarji fl-istituzzjonijiet tal-UE jvarjaw skont il-kariga. B'mod ġenerali, is-segretarji jipprovdu appoġġ awtonomu lil persuna jew lil unità waħda jew iktar fi ħdan l-istituzzjoni - u b'hekk jiffurmaw, jittrasformaw u jqassmu l-informazzjoni. Ix-xogħol jista' jinkludi:
- it-tħejjija ta' fajls
- l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tad-dipartimenti (laqgħat, żjariet uffiċjali)
- ġestjoni ta' dokumenti (ilqugħ, ipproċessar, segwitu, tqegħid f'fajls)
- it-tħejjija, l-ipproċessar, l-iffinalizzar u l-verifika ta' dokumenti
- is-sejbien, il-kompilazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni.
Fid-dipartimenti tat-traduzzjoni, ix-xogħol jista' jinvolvi anki:
- l-ilqugħ, il-ġestjoni u l-ipproċessar ta' talbiet ta' traduzzjoni, b'mod partikolari t-tħejjija, l-ipproċessar u l-finalizzazzjoni ta' dokumenti
- mili u aġġornar ta' memorji tat-traduzzjoni
- xogħol ta' ttajpjar, ta' tfassil u tal-format tal-paġni.
Jistgħu jiġu impjegati wkoll aġenti kuntrattwali sabiex iwettqu dmirijiet segretarjali.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- jew
- kwalifika segretarjali post-sekondarja, jew
- edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali f'xogħol segretarjali
Il-ħtiġijiet jistgħu jkunu differenti għal aġenti kuntrattwali.
Proċedura tal-għażla għal kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli għall-ħiliet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek (fil-lingwa ewlenija tiegħek) u l-ħiliet u l-għarfien professjonali tiegħek (fit-tieni lingwa tiegħek, l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż).
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet professjonali u l-kompetenzi ġenerali tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' test tal-ġudizzju sitwazzjonali, eżerċizzju in-tray, testijiet prattiċi ta' word-processing u ta' abbozzar u intervista strutturata.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali
Assistenti tar-riżorsi umani (AST, CAST)
Billi jaħdmu fir-riżorsi umani, l-assistenti jwettqu kompiti relatati mal-ġestjoni tal-politika tal-persunal f'oqsma bħar-reklutaġġ, il-karrieri, it-taħriġ u l-opportunitajiet indaqs.
Il-kompiti jistgħu jinkludu anki:
- il-ġestjoni u s-segwitu ta' kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-politka tal-persunal, b'mod partikolari r-reklutaġġ, il-karrieri, it-taħriġ professjonali, l-opportunitajiet indaqs, id-drittijiet individwali u d-drittijiet finanzjarji.
- l-abbozzar ta' noti u/jew korrispondenza, it-tiswir ta' rapporti amministrattivi relatati mal-oqsma indikati aktar 'il fuq,
- it-tħejjija, iż-żamma u s-segwitu ta' laqgħat,
- il-ġestjoni ta' proġetti,
- l-analizzar u l-iżvilupp ta' metodi ta' ħidma,
- l-assistenza fl-implimentazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi, finanzjarji, statistiċi u tal-informatika, eċċ.
- il-ġestjoni ta' tim.
- Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex iwettqu xi kompiti relatati mar-riżorsi umani.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- jew
- edukazzjoni post-sekondarja u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali fir-riżorsi umani, jew
- edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali
Il-ħtiġijiet jistgħu jkunu differenti għal aġenti kuntrattwali.
Proċedura tal-għażla - kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek, kif ukoll testijiet tal-ħiliet professjonali li jiffokaw fuq l-eżattezza u l-preċiżjoni u l-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' eżerċizzju in-tray, intervista strutturata, studju tal-każ u eżerċizzju fi grupp.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali







