Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Ekonomija / Statistika


Ekonomisti (AD)

Il-politiki tal-UE għandhom l-għan li jiżguraw kompetizzjoni leali, li jimmitigaw il-faqar u li jgħollu l-istandards tal-għajxien għal 500 miljun ruħ madwar 27 pajjiż tal-UE.
Filwaqt li jaħdmu mill-qrib ma' uffiċjali għoljin li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-ekonomisti tal-UE jipprovdu analiżi ekonomika u statistika u jfasslu strateġiji ġodda f'oqsma bħalma huma:

  • l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji
  • l-integrazzjoni ekonomika u l-iżvilupp ekonomiku
  • il-kummerċ pan-Ewropew
  • il-finanzi pubbliċi
  • ir-riformi strutturali
  • il-munita unika

 

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
  • lawrea fl-ekonomija (jew ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
  • esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).

 

Proċedura ta’ għażla

Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.

Podcast: Life as an EU Official – Economics (Il-Ħajja bħala Uffiċjal tal-UE - Ekonomija)

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Statistiku (AD, AST)

L-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lil 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE. L-istatistiċi tal-UE jagħtu kontribuzzjoni vitali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politiki futuri tal-UE
Filwaqt li jiffokaw fuq it-tagħrif ekonomiku, finanzjarju, soċjali, agrikolu jew ambjentali, ix-xogħol tagħhom jista' jinvolvi:

  • it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi tal-istatistika
  • id-definizzjoni ta' metodoloġiji
  • l-applikazzjoni ta' mudelli matematiċi
  • it-twettiq ta' analiżijiet kwantitattivi u kwalitattivi
  • ir-regolamentazzjoni u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet tal-istatistika
  • l-interpretazzjoni u t-tixrid ta' dejta
  • l-eżekuzzjoni ta' pjanijiet ta' proġetti
  • is-sorveljanza u l-għoti ta' pariri lil kollegi

 

 

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)

Sabiex tingħaqad magħna f'livell ta' amministratur, irid ikollok:

  • lawrea fl-istatistika, fl-ekonomija, fil-matematika jew f'dixxiplina relatata (jew tkun ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
  • esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).

Sabiex tingħaqad magħna f'livell ta' assistent irid ikollok:

  • jew
    - edukazzjoni post-sekondarja f'suġġett xieraq u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali relevanti, jew
    - edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali relevanti

 

Proċedura ta’ għażla

Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek. Il-kandidati għal pożizzjonijiet ta' assistenti sejrin jagħmlu testijiet anki għall-ħiliet professjonali tagħhom fl-eżattezza u fil-preċiżjoni u fil-prijoritizzazzjoni u fl-organizzazzjoni.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija (għal pożizzjonijiet fil-livell ta' amministraturi biss).

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi u intervisti strutturati. Il-kandidati fil-livell ta' amministraturi ser ikollhom jagħmlu preżentazzjoni orali wkoll, u l-kandidati fil-livell ta' assistenti ser ikollhom eżerċizzju in-tray.

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti

It-tarf ta’ fuq tal-paġna