Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Amministrazzjoni pubblika Ewropea
Uffiċjali tal-politiki (AD) - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
Sabiex issir taf aktar, ara l-vidjow minn uħud mill-uffiċjali li ħadmu magħna f'dan il-qasam: Cindy (Kummissjoni Ewropea, DĠ INFSO), Lukas (Kummissjoni Ewropea, DĠ Enerġija) u Ioan (Parlament Ewropew, Drittijiet tal-Bniedem).
L-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lil 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE. Bħala uffiċjal tal-politiki tista':
- tabbozza analiżijiet ta' politiki
- timplimenta proġetti u programmi ta' ħidma madwar l-Ewropa
- tikkoordina l-ħidma bejn id-dipartimenti u ma' partijiet interessati esterni
- tagħti appoġġ mill-qrib lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet
- tamministra riżorsi umani u finanzjarji
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- lawrea (jew ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
- esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).
Proċedura ta’ għażla
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
- fit-tmexxija.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti








