Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Liġi


Profili tal-liġi

Profil tal-liġi

Videos

Sabiex issir taf aktar, ara l-vidjow minn uħud mill-uffiċjali li jaħdmu magħna f'dan il-qasam: Agnis (Kummissjoni Ewropea, Segretarjat Ġenerali), Silvija (Kummissjoni Ewropea, DĠ ENV) u Simonetta (Kunsill tal-Unjoni Ewropea).

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Avukati (AD)

L-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu l-leġiżlazzjoni li taffettwa l-ħajja ta' 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE
L-avukati fl-istituzzjonijiet jaħdmu ma' kollegi minn bosta nazzjonalitajiet differenti sabiex:

  • jiżviluppaw firxa wiesgħa ta' leġiżlazzjoni
  • jabbozzaw dokumenti politiċi
  • jikkoordinaw mal-awtoritajiet nazzjonali tal-UE sabiex itejbu l-leġiżlazzjoni nazzjonali
  • iwettqu riċerka u analiżi profonda
  • jipprovdu parir legali lill-maniġment superjuri
  • jimplimentaw programmi tal-attività
  • jissorveljaw u jassistu lil kollegi

 

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
  • lawrea fil-liġi (jew ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
  • esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).

 

Proċedura ta’ għażla

Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Avukati-lingwisti (AD 7)

L-avukati-lingwisti tal-UE għandhom rwol vitali fit-tfassil tal-liġijiet, hekk kif jiżguraw li l-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha jkollha l-istess tifsira f'kull lingwa Ewropea.
Ix-xogħol jeħtieġ avukati kapaċi b'abilitajiet lingwistiċi straordinarji, li għandhom esperjenza fl-abbozzar jew fit-traduzzjoni, fil-verifika jew fir-reviżjoni ta' testi legali. L-avukati-lingwisti jridu jkunu kapaċi jagħrfu bi preċiżjoni x'intenzjoni għandha twassal il-leġiżlazzjoni tal-UE, u jirreflettu dik l-intenzjoni b'lealtà fil-lingwa nattiva tagħhom.

 

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi Ewropej u għarfien profond ta' tal-inqas 2 oħra
  • lawrea fil-liġi

Esperjenza preċedenti fit-traduzzjoni ta' testi legali u lingwi addizzjonali huma meqjusin ta' vantaġġ.

 

Proċedura ta’ għażla (indikattiva)

Wara li tapplika onlajn u jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun tixraq għall-profil, sejrin nistiednuk tagħmel test tat-traduzzjoni preliminari bbażat fuq il-kompjuter.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/na tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fil-Lussemburgu fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet fit-traduzzjoni, l-għarfien legali u lingwistiku tiegħek u l-kompetenzi ġenerali tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' testijiet tat-traduzzjoni, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati. Sejrin jiġu ttestjati l-ħiliet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek ukoll.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti


Ara wkoll il-websajt tal-Qorti tal-Ġustizzja għal opportunitajiet ta' kuntratti temporanji: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_10298/postes-vacants

It-tarf ta’ fuq tal-paġna