Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Lingwi


Tradutturi (AD, CAST)

It-tradutturi fil-bosta istituzzjonijiet u korpi tal-UE, li jaħdmu f'ambjent impenjattiv u multikulturali jgħinu lil 500 miljun Ewropew, f'27 pajjiż differenti tal-UE jifhmu l-politiki tal-UE. Il-lingwisti tal-UE għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE, u jappoġġjaw u jsaħħu l-komunikazzjoni multilingwi fl-Ewropa.
Filwaqt li jaħdmu b'xi dati ta' skadenza stretti, ix-xogħol tagħhom jista' jinvolvi:

  • it-traduzzjoni ta' firxa wiesgħa ta' testi politiċi, legali, finanzjarji, xjentifiċi u tekniċi
  • l-għoti ta' firxa wiesgħa ta' pariri lingwistiċi lill-kollegi.

It-tradutturi jistgħu anki jiġu impjegati bħala aġenti kuntrattwali għal żmien fiss.

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi Ewropej u għarfien profond ta' tal-inqas 2 oħra (waħda mil-lingwi tiegħek trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
  • lawreafi kwalunkwe dixxiplina

Proċedura tal-għażla għal kuntratti permanenti

Wara li tkun applikajt onlajn, sejrin nistiednuk tagħmel testijiet b'għażliet multipli li jiffokaw fuq il-ħiliet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek fil-lingwa ewlenija kif ukoll testijiet ta' komprensjoni fil-qari fit-tieni u t-tielet lingwa tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali ] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek fit-traduzzjoni, u fil-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' eżerċizzji prattiċi tat-traduzzjoni kif ukoll eżerċizzju fi grupp, preżentazzjoni orali u intervista strutturata, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Podcast: Life as an EU Official - Translation (Ħajja bħala Uffiċjal tal-UE - Traduzzjoni)
Vidjows: (EN, LT, MT, HU, PL, SK)

Ittraduċi għall-Ewropa: http://www.facebook.com/translatingforeurope

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti


Ara wkoll il-paġna tal-Apprendistati tagħna għal tagħrif dwar l-apprendistati fit-traduzzjoni.

Il-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation/workwithus/trainee/index_en.htm
Il-Parlament: http://www.europarl.europa.eu/parliament/public/staticDisplay.do?language=MT&id=147
Il-Kunsill: http://consilium.europa.eu/contacts/traineeships-office/traineeships.aspx?lang=en

Ara l-paġna tagħna dwar il-kuntratti temporanji għal tagħrif dwar il-ħajja bħala traduttur indipendenti.

Il-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation/workwithus/calls/index_en.htm
Il-Qorti tal-Ġustizzja: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_10741/direction-generale-de-la-traduction-collaborateurs-free-lance

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Interpretu tal-konferenzi (AD 5-7)

Is-servizz ta' interpreti tal-istituzzjonijiet tal-UE huwa l-akbar wieħed fid-dinja - l-interpreti tal-konferenzi tiegħu jiżguraw li d-diskussjonijiet li jsiru fil-laqgħat jiġu interpretati b'mod korrett f'lingwa uffiċjali tal-UE, billi jużaw interpretazzjoni simultanja jew konsekuttiva.
L-interpreti tal-UE jaħdmu f'ambjent stimolanti u multikulturali u jridu jkunu kapaċi

  • jikkomunikaw b'mod effettiv
  • jifhmu kwistjonijiet varjati u spiss kumplessi
  • jirreaġixxu u jadattaw b'ħeffa għal ċirkustanzi li jinbidlu
  • jaħdmu taħt pressjoni, b'mod indipendenti u bħala parti minn tim.

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi Ewropej u għarfien profond ta' tal-inqas 2 oħra (waħda mil-lingwi tiegħek trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
  • kwalifika xierqa fl-interpretazzjoni tal-konferenzi jew lawrea kif ukoll sena esperjenza professjonali bħala interpretu tal-konferenzi
  • esperjenza rilevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).

Proċedura ta’ għażla (indikattiva)

Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek fl-interpretazzjoni u l-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' eżerċizzji ta' interpretazzjoni simultanja u konsekuttiva fil-lingwi magħżulin tiegħek, eżerċizzju fi grupp, preżentazzjoni orali u intervista strutturata, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Vidjows: (EN, LT, MT, HU, PL, SK)

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti


Ara wkoll il-paġna tal-Apprendistati tagħna għal tagħrif dwar l-apprendistati għall-interpreti.

Il-Qorti tal-Ġustizzja: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7008/

Ara wkoll il-paġna tagħna dwar il-kuntratti temporanji għal tagħrif dwar il-ħajja bħala interpretu indipendenti

Link għall-SCIC/Interpretazzjoni għall-Ewropa għal opportunitajiet ta' xogħol indipendenti:http://ec.europa.eu/dgs/scic/become-an-interpreter/interpret-for-dg-interpretation/index_en.htm#anchor3
http://europa.eu/interpretation/accreditation_en.htm

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Qarrejja tal-provi / Edituri tal-Lingwi (AST)

Filwaqt li jaħdmu taħt superviżjoni, il-qarrejja tal-provi fl-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet huma mistennija jikkoreġu manuskritti fil-lingwa nattiva tagħhom. Dan jinvolvi:

  • it-tħejjija ta' manuskritti f'termini ta' stil u tipografija
  • il-korrezzjoni tal-verżjoni finali għall-istampar
  • l-għoti tal-ordni "għadda għall-istampar"
  • il-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-pubblikazzjonijiet
  • għajnuna fl-organizzar u l-monitoraġġ tal-proċessi tal-produzzjoni involuti fil-pubblikazzjoni.

Il-qarrejja tal-provi (edituri tal-lingwi) fil-Qorti tal-Ġustizzja jassistu fit-tħejjija tat-testijiet li jridu jiġu ppubblikati fir-Rapporti tal-Qorti. Dan jinvolvi:

  • il-verifika u l-editjar lingwistiċi ta' dokumenti għall-pubblikazzjoni
  • il-verifika ta' testi kontra l-oriġinali, li ġeneralment ikunu bil-Franċiż
  • il-verifika għal konformità mal-konvenzjonijiet u r-regoli tal-istil;
  • it-tħejjija tal-kwistjonijiet tar-Rapporti tal-Qorti għall-istampar u l-finalizzazzjoni ta' testi f'termini tipografiċi.

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi Ewropej u għarfien profond ta' oħra (waħda mil-lingwi tiegħek trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż). Għall-Qorti tal-Ġustizzja, għallinqas irid ikollok għarfien passiv tal-Franċiż.
  • jew
    - edukazzjoni post-sekondarja u tal-inqas sentejn esperjenza professjonali rilevanti, jew
    - edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 5 snin esperjenza professjonali.

Proċedura ta’ għażla

Wara li tapplika onlajn u jekk l-applikazzjoni tkun xierqa għall-profil, nistiednuk f'ċentru ta' valutazzjoni fil-Lussemburgu fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet ta' qari tal-provi tiegħek u l-ħiliet tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' testijiet tal-qari tal-provi prattiċi, eżerċizzju fi grupp u intervisti strutturati. Sejrin jiġu ttestjati l-ħiliet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek ukoll.

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Avukati-lingwisti (AD 7)

L-avukati-lingwisti tal-UE għandhom rwol vitali fit-tfassil tal-liġijiet, hekk kif jiżguraw li l-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha jkollha l-istess tifsira f'kull lingwa Ewropea.
Ix-xogħol jeħtieġ avukati kapaċi b'abilitajiet lingwistiċi straordinarji, li għandhom esperjenza fl-abbozzar jew fit-traduzzjoni, fil-verifika jew fir-reviżjoni ta' testi legali. L-avukati-lingwisti jridu jkunu kapaċi jagħrfu bi preċiżjoni x'intenzjoni għandha twassal il-leġiżlazzjoni tal-UE, u jirreflettu dik l-intenzjoni b'lealtà fil-lingwa nattiva tagħhom.

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi Ewropej u għarfien profond ta' tal-inqas 2 oħra
  • lawrea fil-liġi

Esperjenza preċedenti fit-traduzzjoni ta' testi legali u lingwi addizzjonali huma meqjusin ta' vantaġġ.

Proċedura ta’ għażla (indikattiva)

Wara li tapplika onlajn u jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun tixraq għall-profil, sejrin nistiednuk tagħmel test tat-traduzzjoni preliminari bbażat fuq il-kompjuter.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/na tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fil-Lussemburgu fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet fit-traduzzjoni, l-għarfien legali u lingwistiku tiegħek u l-kompetenzi ġenerali tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' testijiet tat-traduzzjoni, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati. Sejrin jiġu ttestjati l-ħiliet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek ukoll.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti


Ara wkoll il-websajt tal-Qorti tal-Ġustizzja għal opportunitajiet ta' kuntratti temporanji: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_10298/postes-vacants

It-tarf ta’ fuq tal-paġna