Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Persunal tal-ICT
Is-sistemi tal-kompjuter, miżmuma mill-persunal ta' appoġġ tal-ICT, jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex iwettqu xogħol li jaffettwa l-ħajja ta' 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE.
Ix-xogħol bil-prodotti u l-proċessi tal-ICT f'dan l-ambjent impjenjattiv u multilingwi jista' jinvolvi:
- ġestjoni ta' proġetti u proċessi
- monitoraġġ u analiżi
- analiżi u pariri tekniċi
- koordinazzjoni u konsultazzjoni bejn is-servizzi
- servizzi tat-telekomunikazzjonijiet
- ċentri ta' pproċessar ta' dejta
- ġestjoni u superviżjoni ta' servizzi tal-posta elettronika, u servizzi tan-netwerk tad-dejta u tal-leħen
- żvilupp tal-web
- żvilupp ta' softwer għall-ġbir ta' dejta statistika
- maniġment tas-sigurtà tal-IT.
Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex jaħdmu fil-qasam tal-informatika u tat-telekomunikazzjonijiet.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- lawrea jew kwalifika postgradwatorja f'teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni, (jew li ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
- esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).
Sabiex tingħaqad magħna fil-Grad AST 3 (assistenti) irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- jew
- edukazzjoni post-sekondarja u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali, jew
- edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali
Il-ħtiġijiet għal aġenti kuntrattwali jistgħu jvarjaw.
Proċedura tal-għażla - kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek. Il-kandidati għal pożizzjonijiet ta' assistenti sejrin jiġu ttestjati wkoll għall-ħiliet professjonali tagħhom fl-eżattezza u l-preċiżjoni u l-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
- fit-tmexxija (għal pożizzjonijiet fil-livell AD biss).
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi u intervisti strutturati. Il-kandidati għal pożizzjonijiet ta' amministraturi sejjer ikollhom jagħmlu preżentazzjoni orali wkoll. Il-kandidati għal pożizzjonijiet ta' assistenti sejjer ikollhom eżerċizzju in-tray.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali







