Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Finanzi
aqra iktar dwar dan
Maniġer finanzjarju (AD, CAST)
L-UE tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum ta' madwar 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE.
Il-maniġers finanzjarji tal-UE bi strutturi finanzjarji ferm kumplessi u jappoġġjaw mill-qrib lill-uffiċjali għoljin li jieħdu d-deċiżjonijiet billi:
- jiddefinixxu l-proċeduri finanzjarji u baġitarji
- iħejju rapporti u kontijiet annwali
- jassistu l-awditjar u l-ispezzjonijiet
- jamministraw ir-riskju organizzazzjonali
- is-sorveljanza u l-għoti ta' pariri lil kollegi
Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex iwettqu xi kompiti relatati mal-finanzi.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- lawreaxierqa (jew ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
- esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).
Il-ħtiġijiet għal aġenti kuntrattwali jistgħu jvarjaw.
Proċedura tal-għażla - kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
- fit-tmexxija.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali
Assistenti tal-ġestjoni/kontabilità finanzjarja (AST, CAST)
Id-dmirijiet tal-assistenti tal-ġestjoni/kontabilità finanzjarja jinkludu l-użu ta' għodod tal-informatika speċifiċi (bħas-sistema kontabilistika integrata) sabiex jgħinu:
- fl-implimentazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u finanzjarji
- fiż-żamma ta' kontijiet finanzjarji u/jew baġtarji
- fl-iddisinjar, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-Regolament Finanzjarju
- fl-iddisinjar tal-istimi tal-baġit u rapporti / kontijiet annwali
- fl-għeluq ta' kontijiet u l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni finanzjarji
- fl-ippjanar u l-ġestoni tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku
- fit-twettiq ta' ġestjoni finanzjarja u operazzonali ta' kuntratti jew sussidji
- fil-parteċipazzjoni fil-ġestjoni tal-flus u/jew kontijiet imprest u rikonċiljazzjoni ta' banek
- fil-monitoraġġ tal-proċeduri finanzjarji u baġitarji
- fis-sorveljanza tal-metodi kontabilistiċi u l-ġestjoni finanzjarja tad-dħul.
Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex iwettqu xi kompiti relatati mal-finanzi u l-kontabilità.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- jew:
- edukazzjoni postsekondarja fil-finanzi jew fil-kontabilità u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali fil-qasam, jew
- edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali fil-finanzi jew fil-kontabilità.
Il-ħtiġijiet jistgħu jvarjaw għal aġenti kuntrattwali.
Proċedura tal-għażla - kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek, kif ukoll testijiet tal-ħiliet professjonali li jiffokaw fuq l-eżattezza u l-preċiżjoni u l-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studju ta' każ, eżerċizzju in-tray, eżerċizzju fi grupp u intervista strutturata.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali







