Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Relazzjonijiet esterni


Uffiċjali tal-politiki (AD) - Relazzjonijiet esterni

 

Profil tar-relazzjonijiet esterni

Sabiex issir taf aktar, ara l-vidjow minn uħud mill-uffiċjali li ħadmu magħna f'dan il-qasam: Tomas u Evelina (Servizz għall-Azzjoni Esterna, SEAE).

 

Billi żżomm relazzjonijiet diplomatiċi ma' pajjiżi, tirrappreżenta lill-UE barra l-kontinent u fil-ħidma ta' organizzazzjonijiet multilaterali, tiddefinixxi l-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE, għandek impatt fuq il-ħajja tal-popli tal-Ewropa u ta' madwar id-dinja kollha.

Bħala uffiċjal tar-relazzjonijiet esterni tista':

  • Tieħu sehem f'negozjati u fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali
  • Tikkoordina l-azzjoni esterna tal-UE ma' Stati Membri u ma' bosta istituzzjonijiet tal-UE
  • Tirrappreżenta lill-UE barra l-kontinent, tappoġġa relazzjonijiet dipolimatiċi ma' pajjiżi msieħba tal-UE u tippromwovi l-interessi tal-UE, taħdem mill-qrib ma' delegazzjonijiet u ambaxxati tal-UE
  • Tabbozza rapporti politiċi, noti analitiċi u sommarji għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet
  • Torganizza u tieħu sehem f'laqgħat ta' livell għoli soġġetti għal protokoll uffiċjali

 

Kwalifiki (indikattivi)

Irid ikollok:

  • għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
  • lawrea (jew ser tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
  • bosta snin (6 jew aktar) ta' esperjenza relevanti, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).

 

Proċedura ta’ għażla

Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:

  • fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
  • fil-komunikazzjoni
  • fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
  • fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
  • fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
  • fir-reżiljenza
  • fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
  • fit-tmexxija.

Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.

Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti

It-tarf ta’ fuq tal-paġna