Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Komunikazzjoni
aqra iktar dwar dan
Profili tal-komunikazzjoni
Vidjows
Sabiex issir taf aktar, ara l-vidjow minn uħud mill-uffiċjali li ħadmu magħna f'dan il-qasam: Damijan (Qorti Ewropea tal-Awdituri), Aurelie (Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u Matteo (Kummissjoni Ewropea, DĠ HR).
Uffiċjali tal-komunikazzjoni (AD)
L-uffiċjali tal-komunikazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jaħdmu f'oqsma bħal:
- komunikazzjoni esterna b'tipi differenti ta' muiltiplikaturi u l-pubbliku inġenerali, inklużi l-midja u l-gruppi ta' viżitaturi
- tagħrif miktub u orali għal rappreżentanti tal-midja
- komunikazzjoni bil-web
- komunikazzjoni strateġika u ta' kriżijiet.
Ix-xogħol jista' jinkludi:
- l-abbozzar ta' stqarrijiet għall-istampa, rapporti u testi għal tipi differenti ta' midja (bil-lingwa li tiġi reklutat/a għaliha, u/jew bil-Franċiż jew bl-Ingliż)
- l-istabbiliment u ż-żamma ta' relazzjonijiet mal-midja
- il-komunikazzjoni ta' tagħrif dwar kwistjonijiet ta' suġġetti relatati mal-UE
- il-monitoraġġ u l-analizzar tal-impatt tal-midja
- il-ġestjoni u ż-żamma tal-preżenza tal-UE fuq il-pjattaformi onlajn kollha, inklużi t-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta' kontenut oriġinali.
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- lawrea f'dixxiplina relevanti (ara jekk hemmx ħtiġijiet speċifiċi fuq l-avviż tal-kompetizzjoni), (jew ser tiggradwa din is-sena) għad-dħul fil-Grad AD 5
- esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).
Proċedura ta’ għażla
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
- fit-tmexxija.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti
Assistenti tal-komunikazzjoni (AST)
L-assistenti tal-komunikazzjoni jaħdmu f'wieħed mis-setturi jew aktar relatati mal-komunikazzjoni u l-informazzjoni interna u esterna. Ix-xogħol jista' jinkludi:
- il-ġestjoni ta' kuntatti mal-istampa, il-midja u l-pubbliku
- l-abbozzar, ir-reviżoni u t-tħejjija ta' bosta dokumenti għall-pubblikazzjoni
- l-organizzazzjoni ta' tipi differenti ta' avvenimenti
- it-tħejjija ta' dokumenti, pubblikazzjonijiet, fuljetti u prodotti awdjoviżivi informattivi
- il-ġestjoni tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni permezz ta' websajts, midja soċjali, eċċ.
- il-parteċipazzjoni fl-analiżi u l-impatt fuq il-midja tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni
- kollegament u koordinazzjoni ma' partijiet interessati (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, subkuntratturi, eċċ.)
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- jew
- edukazzjoni postsekondarja fil-komunikazzjoni, l-istudji tal-midja, il-ġurnaliżmu, jew ir-relazzjonijiet pubbliċi u tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali xierqa, jew
- edukazzjoni sekondarja u tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali
Proċedura ta’ għażla
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistidnuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt tiegħek u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek, kif ukoll testijiet tal-ħiliet professjonali li jiffokaw fuq l-eżattezza u l-preċiżjoni u l-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' eżerċizzju in-tray, intervista strutturata, studju tal-każ u eżerċizzju fi grupp.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla: Kuntratti permanenti








