Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Awditjar
Awditur (AD, CAST)
Sabiex issir taf aktar, ara l-vidjow minn uħud mill-uffiċjali li jaħdmu magħna f'dan il-qasam: Alexsei (Kummissjoni Ewropea, DĠ HR), Irene (Qorti Ewropea tal-Awdituri) u Nicole (Kummissjoni Ewropea, DĠ Affarijiet Interni).
Bħala organizzazzoni estremament kumplessa, l-UE għandha rekwiżiti impenjattivi fl-awditjar finanzjarju, fl-awditjar tal-prestazzjoni u fl-awditjar intern. L-istituzzjonijiet tal-UE jimplimentaw politiki li jaffettwaw il-ħajja ta' 500 miljun ruħ f'27 pajjiż tal-UE
Il-ħidma tal-awdituri tal-UE, relatata mal-awditjar intern u estern, tinvolvi:
- l-eżaminar tal-proċessi ta' ġestjoni finanzjarja
- it-twettiq ta' spezzjonijiet
- it-titjib tas-sistemi ta' kontroll
- il-konsulenza dwar metodoloġiji
- l-għoti ta' appoġġ mill-qrib lil uffiċjali anzjani li jieħdu d-deċiżjonijiet
- it-taħriġ ta' persunal mhux speċjalista
- is-sorveljanza u l-għoti ta' pariri lil kollegi
Jistgħu jiġu impjegati wkoll aġenti kuntrattwali sabiex iwettqu kompiti tal-awditjar.
Podcast: Life as an EU Official – Audit (Il-ħajja bħala Uffiċjal tal-UE – Awditjar)
Filmat: Il-Ħajja fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Kwalifiki (indikattivi)
Irid ikollok:
- għarfien tajjeb ta' tal-inqas 2 lingwi Ewropej (waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż)
- grad jew kwalifika professjonali xierqa (jew tkun se tiggradwa din is-sena) għal dħul fil-Grad AD 5
- esperjenza relevanti ta' bosta snin, sabiex tingħaqad magħna f'livell ogħla (Grad AD 7).
Ir-rekwiżiti jistgħu jvarjaw għal aġenti kuntrattwali, b'mod speċjali għal dawk impjegati bħala assistenti awdituri.
Proċedura tal-għażla - kuntratti permanenti
Wara li tapplika onlajn, aħna sejrin nistiednuk tagħmel test b'għażliet multipli tar-raġunament verbali, numeriku u astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali tiegħek.
Jekk tgħaddi, ser tiġi mistieden/mistiedna tmur f'ċentru ta' valutazzjoni fi Brussell [mhux fil-każ ta' aġenti kuntrattwali – ara Għażla tal-aġenti kuntrattwali] fejn nistgħu niltaqgħu miegħek u nsiru nafu aktar dwar il-ħiliet tiegħek:
- fl-analiżi u s-sejbien ta' soluzzjoni għal problemi
- fil-komunikazzjoni
- fil-kwalità tas-servizzi u r-riżultati li tipprovdi
- fil-ħiliet ta' tagħlim u żvilupp
- fil-prijoritizzazzjoni u l-organizzazzjoni
- fir-reżiljenza
- fil-ħidma tiegħek ma' oħrajn
- fit-tmexxija.
Dawn sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' studji tal-każijiet, eżerċizzji fi gruppi, preżentazzjonijiet orali u intervisti strutturati.
Aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' għażla:
Kuntratti permanenti
Aġenti kuntrattwali









