Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Istituzzjonijiet u Aġenziji tal-UE


L-EPSO jagħżel staff għal:

 

L-istituzzjonijiet bil-proċeduri ta' selezzjoni tagħhom stess


L-Aġenziji tal-UE

L-aġenziji u l-entitajiet deċentralizzati tal-UE joffru kull tip ta' opportunitajiet ta' impjieg – partikolarment għall-ispeċjalisti. Jista' jkollhom opportunitajiet ta' reklutaġġ meta ma tkun għaddejja l-ebda kompetizzjoni.

Xi aġenziji jistgħu jimpjegaw ukoll staff b'kuntratt mir-riżerva ta' kandidati li għaddew mill-EPSO (il-bażi tad-dejta CAST). Ara l-lista - aġenziji intitolati li jimpjegaw mill-bażi tad-dejta CASTpdf.


Postijiet

L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom uffiċċji madwar id-dinja, iżda x'aktarx li meta tingħaqad magħna jkollok taħdem Brussell jew il-Lussemburgu.


Brussell u l-Lussemburgu

Brussell u l-Lussemburgu huma bliet partikolarment differenti u internazzjonali. Il-preżenza tal-istituzzjonijiet Ewropej tfisser li persuni mid-dinja kollha jiġu hawn biex jgħixu u jaħdmu, u tisma' ħafna ilsna differenti mitkellma fit-triq.

Iż-żewġt ibliet għandhom żoni ta' xiri u ħafna postijiet ta' divertiment, b'għażla kbira ta' ristoranti, klabbs u bars, postijiet kulturali u klabbs sportivi. It-tnejn li huma huma kompatti, u ma tantx hemm bogħod biex mill-belt issib ruħek fil-kampanja. Fil-qalba tal-Ewropa, ħafna bliet kapitali Ewropej jinsabu biss ftit sigħat il-bogħod (Amsterdam, Pariġi, Londra).

Aktar dwar Brussell – filmat ta' tliet minuti.

Uffiċċju ta' kollegament fi Brussell

Aktar dwar il-Lussemburgufilmat minn Promote Luxembourg

Sit web tal-belt tal-Lussemburgu

Links utli: Il-Ħajja fi Brussell u l-Lussemburgu


Postijiet oħrajn

Il-Kummissjoni Ewropea, għalkemm ibbażata fi Brussell u l-Lussemburgu, għandha uffiċċji (rappreżentanzi) f'kull pajjiż tal-UE.  Il-Parlament Ewropew ukoll għandu Uffiċċju ta' Informazzjoni f'kull pajjiż tal-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu delegazzjonijiet f'postijiet madwar id-dinja.

L-UE għandha wkoll ħafna aġenziji u entitajiet deċentralizzati bbażati f'pajjiżi differenti.

Ara wkoll l-Aġenziji fil-pajjiżi differenti.


Għajnuna biex iġġorr

Meta tirċievi offerta ta' impjieg, l-Uffiċċji ta' Merħba tagħna fi Brussell u l-Lussemburgu jgħinuk tissetilja. B'mod partikolari, jistgħu jgħinuk tfittex akkomodazzjoni (inkluż il-kontroll tal-kuntratt tal-kiri tiegħek). Jiġu organizzati Ġranet ta' Informazzjoni biex jgħinu lill-partners jissetiljaw f'ħajja ġdida f'pajjiż ġdid.

Kemm Brussell u kif ukoll il-Lussemburgu joffru skejjel nazzjonali, Ewropej u internazzjonali eċċellenti. Nistgħu ngħinuk tagħmel kuntatt mal-krexx, il-playgroups u faċilitajiet oħra.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna