Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Skopri
Karriera fl-UE tgħodd għalija?
Kemm jekk int student li qed tfittex karriera għall-futur, u kemm jekk int professjonist bl-esperjenza li tixtieq sfida ġdida, din it-taqsima tal-websajt tagħna se tagħtik l-informazzjoni kollha li teħtieġ dwar il-karrieri fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
• Skopri l-opportunitajiet ta' karrieri eċċitanti mal-istituzzjonijiet tal-UE u kif tista' tagħmel differenza għall-Ewropa. Aħna nemmnu li għandna verament opportunitajiet uniċi x'noffru lill-kandidati t-tajba, ara Għaliex karriera mal-UE?
• Sib dwar il-profili tal-impjiegi l-iktar komuni fl-istituzzjonijiet, il-kwalifiki li għandek bżonn u kif nagħżlu l-kandidati għar-rwoli differenti, Profili tax-xogħol.
• Agħti daqqa t'għajn malajr lejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ara fejn jinsabu, b'links għal informazzjoni iktar iddettaljata, ara Istituzzjonijiet tal-UE.
Nirrikmandaw li tibbrawżja din it-taqsima qabel tiddeċiedi tridx tapplika. Tajjeb li tiftakar dejjem: il-karrieri mal-istituzzjonijiet tal-UE jattiraw l-aqwa talent mill-Ewropa, allura l-proċeduri tal-għażla tagħna huma estremament kompetittivi. Għal aktar tagħrif dwar kif nagħżlu l-istaff, ara Kif tapplika.







