Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa

Apprendistati


Apprendistati

 

L-apprendisti (ta' spiss imsejħin stagiaires fl-istituzzjonijiet tal-UE) jistgħu jkunu studenti, gradwati universitarji jew lingwisti, u jingħataw kompiti simili għal dawk ta' amministraturi bi grad iktar baxx.

Dawn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE jorganizzaw apprendistati ta' 3-5 xhur:

  1. Kummissjoni Ewropea
  2. Parlament Ewropew
  3. Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  4. Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  5. Qorti Ewropea tal-Awdituri
  6. Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
  7. Kumitat tar-Reġjuni
  8. Ombudsman Ewropew
  9. Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
  10. Bank Ċentrali Ewropew
  11. Ċentru Konġunt tar-Riċerka – Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà
  12. Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)
  13. Ċentru Konġunt tar-Riċerka - Istitut għall-Protezzjoni u s-Sigurtà taċ-Ċittadini
  14. EMCDDA, EMCDDA, Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
  15. Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC)
  16. Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
  17. ECHA - Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi

 

Apprendistati fit-traduzzjoni huma offruti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew. Il-Qorti tal-Ġustizzja toffri wkoll apprendistati fid-dipartimenti tat-traduzzjoni u l-interpretarjat tagħha.

Il-proċeduri ta' selezzjoni għall-apprendistati jsiru mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji individwali tal-UE. Iċċekkja l-websajts tagħhom għal iktar informazzjoni.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna