Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Kuntratti temporanji


Kuntratti temporanji

(Ara wkoll Kuntratti għal perjodu fiss)

 

Il-kuntratti temporanji huma offruti għal varjetà wiesgħa ta' kompiti speċjalizzati ħafna jew kompiti temporanji għal perjodu limitat, pereżempju fil-qasam tar-riċerka xjentifika.
Is-selezzjoni u r-reklutaġġ tal-istaff temporanju ġeneralment isiru mill-istituzzjonijiet individwali u l-aġenziji tal-UE. Iċċekkja regolarment għall-aħbarijiet tas-selezzjonijiet u l-postijiet battala kurrenti.
Tista' tintroduċi wkoll id-dettalji tiegħek fil-bażi tad-dejta EU CV onlajn.

 

Staff interim (żmien: sa 6 xhur)

Xi istituzzjonijiet tal-UE jimpjegaw staff lokali permezz ta' aġenziji tax-xogħol temporanju għal perjodu qasir ħafna.

 

Konsulenti interim

Xi servizzi jimpjegaw il-konsulenti direttament permezz ta' proċeduri ta' offerti.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-offerti u l-kuntratti tal-UE.

 

Lingwisti freelance

Biex issir traduttur freelance

Biex issir interpretu freelance fil-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jew il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk jogħġbok ara Interpretazzjoni għall-Ewropa.

 

Professjonisti Żgħażagħ f’Delegazzjoni (JPD)

Iż-żgħażagħ b’talent promettenti b'lawrja post-universitarja għandhom l-opportunità li jagħmlu apprendistati sa 18-il xahar fid-Delegazzjonijiet tal-UE biex ikunu jistgħu jiksbu esperjenza diretta tal-ħidma fid-Delegazzjonijiet, u biex jifhmu aħjar ir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Għal iktar informazzjoni, ara l-Programm għall-Professjonisti Żgħażagħ f'Delegazzjoni.

 

Esperti tal-UE (bażi tad-dejta ta' esperti)

Esperti indipendenti disponibbli biex jassistu istituzzjoni jew aġenzija f'qasam speċifiku huma mistiedna joħolqu profil protett b'password bid-dettalji tagħhom (dettalji ta' kuntatt, speċjalizzazzjoni, kredenzjali, eċċ.) f'bażijiet tad-dejta tal-esperti miżmumin mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE individwali. Imbagħad dawn jistgħu jiġu msejħa għal kompiti speċifiċi kif ikun hemm bżonn.
Ara, pereżempju:

 

Esperti nazzjonali ssekondati

Uffiċjali ċivili nazzjonali u internazzjonali u staff tas-settur pubbliku huma mistiedna jġibu l-esperjenza tagħhom lill-istituzzjonijiet tal-UE għal xi ftit snin, u biex jieħdu lura fl-amministrazzjoni ta' pajjiżhom l-għarfien tal-politiki u l-proċeduri tal-UE li jkunu kisbu matul l-issekondar tagħhom.
L-esperti nazzjonali jintgħażlu permezz ta' proċedura speċifika. Jekk jogħġbok ikkuntattja r-rappreżentanza permanenti għall-UE f'pajjiżek biex din tinfurmak dwar opportunitajiet attwali.

 

Manutenzjoni u staff tal-canteen

Ċerti kategoriji ta' staff bħall-ħaddiema tal-manutenzjoni u l-istaff tal-canteen huma impjegati permezz ta' kumpaniji esterni. Dawn il-kuntratti jingħataw permezz ta' proċeduri ta' sejħiet għal offerti.
Ara s-siti web tas-servizzi tal-kuntratti għal aktar informazzjoni.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna