Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Kuntratti permanenti


 

Kompetizzjonijiet miftuħin u listi ta' riżerva

 

L-istituzzjonijiet tal-UE jagħżlu l-kandidati għall-kuntratti permanenti permezz ta' kompetizzjonijiet miftuħin. Dawn huma testijiet u eżerċizzji ta' evalwazzjoni ddisinjati biex ikejlu l-ħiliet professjonali u għadd ta' kompetenzi ewlenin. Fid-dawl tal-għadd kbir ta' applikanti, din hi l-proċedura ta' selezzjoni l-iktar ġusta u trasparenti. Dan ifisser li l-applikazzjonijiet spontanji ma jistgħux jitqiesu.


L-applikanti li jgħaddu minn kompetizzjoni jitqiegħdu f'lista ta' riżerva li minnha l-istituzzjonijiet jieħdu l-impjegati meta jkollhom bżonnhom. Għalhekk, l-għan ta' kompetizzjoni, mhuwiex biex jimtela' post speċifiku, iżda biex ikun hemm pool ta' riżerva għall-bżonnijiet tar-reklutaġġ.


Il-format ta' dawn il-kompetizzjonijiet ivarja skont il-profil.
Kull kompetizzjoni titħabbar permezz ta' avviż ta' kompetizzjoni, fejn jingħataw id-dettalji tal-profil, il-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċedura ta' selezzjoni.
Ġeneralment, ikun hemm bżonn ta' 5-9 xhur biex jitlesta l-proċess ta' selezzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni.



Daqqa t'għajn lejn l-istadji differenti ta' kompetizzjoni

 

Kompetizzjoni miftuħa ġeneralment jinvolvi żewġ stadji - Aċċettazzjoni u Evalwazzjoni.


Iż-żewġ stadji jiffukaw fuq il-ħiliet professjonali u dawn il-kompetenziġenerali:


Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

l-identifikazzjoni ta' fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi

Komunikazzjoni

il-komunikazzjoni b'mod ċar u preċiż kemm oralment u kemm bil-miktub

Kwalità u riżultati

ir-responsabbiltà u l-inizjattiva personali biex tagħmel xogħol ta' standard u kwalità għolja fi ħdan proċeduri speċifiċi

Tagħlim u żvilupp

l-iżvilupp u t-titjib ta' ħiliet personali u tagħrif dwar l-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

il-prijoritizzazzjoni tal-iktar kompiti importanti, il-flessibbiltà fuq ix-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol b'mod effiċjenti

Flessibilità

il-kapaċità li tibqa' effiċjenti anke taħt pressjoni ta' xogħol għolja, tikkontrolla b'mod pożittiv il-frustrazzjonijiet organizzattivi u tadatta għal ambjent tax-xogħol li dejjem jinbidel

Xogħol mal-oħrajn

il-kooperazzjoni mal-oħrajn f'timijiet u lil hinn mill-fruntieri organizzattivi u r-rispett tad-differenzi bejn il-persuni

Temxxija (Għall-profili ta' (amministraturi) gradwati biss)

it-tmexxija, l-iżvilupp u l-istimolu lill-persuni biex jiksbu r-riżultati

 

Il-mod kif jiġu ttestjati l-kompetenzi speċifiċi jiddependi mill-profil li tapplika għalih.

 

L-istadju tal-aċċettazzjoni

 

Il-fażi tal-aċċettazzjoni hu rawnd inizjali eliminatorju li jiddetermina liema applikanti jistgħu jkomplu bil-fażi tal-evalwazzjoni. Din issir jew b'testijiet fuq il-kompjuter u/jew bl-għażla tas-CVs (fil-kompetizzjonijiet għall-ispeċjalisti). L-aqwa applikanti jiġu mistiedna għall-evalwazzjoni.

 

L-istadju tal-evalwazzjoni

 

L-istadju tal-evalwazzjoni jinvolvi serje ta' eżerċizzji ddisinjati biex jevalwaw kemm il-kandidati huma adatti għall-profil imfittex. Il- kandidati kollha jiġu evalwati b'mod oġġettiv u standardizzat:

  • minn assessuri differenti
  • matul l-istess sett ta' eżerċizzji
  • skont kompetenzi ċari definiti.

 

 


Tipi ta' testijiet u eżerċizzji:

It-tipi ta' testijiet u eżerċizzji jiddependu mill-profil li tapplika għalih.
Hawn se ssib eżempju ta' kompetizzjoni biex jintgħażlu gradwati għal profili ġenerali f'oqsma bħall-amministrazzjoni pubblika, il-liġi, l-ekonomija, il-verifika, eċċ.

 

 

Fejn

Tip ta’ testijiet

Lingwa

Riżultat

Aċċettazzjoni

Ċentru tat-testijiet fl-Ewropa jew barra l-Ewropa

Testijiet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt

Il-lingwa prinċipali tiegħek.

L-applikanti bl-ogħla marki jgħaddu għat-tieni stadju, sakemm l-applikazzjoni tagħhom tissodisfa l-profil.

Ħiliet ta' analiżi tas-sitwazzjoni

It-tieni lingwa tiegħek (Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż)

L-evalwazzjoni

Ċentru tat-testijiet fl-Ewropa jew barra l-Ewropa

Kompetenzi ġenerali ttestjati permezz ta':

 

It-tieni lingwa tiegħek.

 

L-applikanti bl-ogħla marki jitniżżlu f'bażi tad-dejta ("il-lista ta' riżerva") li minnha l-istituzzjonijiet tal-UE jimpjegaw l-uffiċjali.

Brussell jew il-Lussemburgu

 


Il-mod kif jiġu ttestjati l-kompetenzi speċifiċi jiddependi mill-profil li tapplika għalih.


Lista ta' riżerva
Jekk int wieħed mill-applikanti li ġibt ħafna marki fil-fażi tal-evalwazzjoni, titqiegħed fil-lista ta' riżerva. Dan ifisser li tista' tintgħażel għal intervista tax-xogħol f'waħda mill-istituzzjonijiet tal-UE.
Il-listi ta' riżerva għall-kompetizzjonijiet ġenerali huma validi għal sena. Għall-profili l-oħra, idumu validi għal iktar żmien.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna