Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Kuntratti għal perjodu fiss (CAST)
Kuntratti għal perjodu fiss (CAST)
(Ara wkoll "Kuntratti temporanji")
L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jimpjegaw staff b'kuntratti għal perjodu fiss biex jipprovdu kapaċità addizzjonali f'oqsma speċjalizzati fejn m'hemmx biżżejjed uffiċjali permanenti bil-ħiliet rikjesti.
Il-kuntratti huma offruti għal kompiti manwali jew amministrattivi speċifiċi. Dawn huma ġeneralment limitati fit-tul – ħafna drabi għal perjodu inizjali ta' 6-12-il xahar.
L-istaff b'kuntratt jiġi impjegat minn pool ta' applikanti (miżmuma f'bażi tad-dejta) wara proċedura ta' selezzjoni normalment organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal.
Id-differenza bejn kompetizzjoni miftuħa u proċedura ta' selezzjoni għall-istaff b'kuntratt (CAST) hi li:
- m'hemmx fażi fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni
- l-għadd ta' kandidati li jgħaddu mhux definit minn qabel.
Dalwaqt se jiġu introdotti proċeduri ta' selezzjoni regolari għal staff b'kuntratt għal għadd limitat ta' profili ġenerali bħal segretarji, staff amministrattiv, riżorsi umani, maniġers finanzjarji, awdituri u speċjalisti tal-IT u t-telekomunikazzjonijiet.
Il-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet huma bbażati fi Brussell u l-Lussemburgu.
Regoli speċifiċi tal-Kummissjoni Ewropea għall-impjegar ta' aġenti kuntrattwali
Regoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew għall-impjegar ta' aġenti kuntrattwali
Hemm proċedura f'żewġ fażijiet li tibda b'testijiet ta' raġunament jew għażla tas-CVs (skont il-profil) segwit minn test ta' kompetenza:
- għall-profili ġenerali, l-ewwel pass jikkonsisti minn testijiet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt
- għall-profili tal-ispeċjalisti l-proċedura tibda b'selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (għażla tas-CVs)
- it-test tal-kompetanza jista' jkun bil-kitba, orali jew test prattiku (pereżempju t-traduzzjoni ta' test).
Jekk tgħaddi, ġeneralment ismek jibqa' fil-bażi tad-dejta għal tliet snin.











