Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Opportunitajiet indaqs


 

Bħala sid li jimpjega, l-UE ma tiddiskrimina fuq ebda bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatterisitiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f’minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.


L-applikanti kollha fil-proċedura ta' selezzjoni jingħataw opportunitajiet indaqs biex juru l-kapaċitajiet tagħhom. Ara wkoll Bżonnijiet speċjali.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Bżonnijiet speċjali

Nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex nakkomodaw kwalunkwe bżonnijiet speċjali li jista' jkollok meta tipparteċipa fil-proċeduri ta' selezzjoni – pereżempju proċedura ta' evalwazzjoni jew ambjent ta' ttestjar speċjalment adatt għall-bżonnijiet tiegħek, jew iktar ħin u/jew karti f'format kbir jew għajnuna teknika adatta.

Applikazzjoni - jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk għandek bżonn l-għajnuna bil-proċedura tal-applikazzjoni onlajn.

It-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter – dawn isiru fiċ-ċentri mmexxija mill-kuntrattur tagħna Prometric. Iċ-ċentri tat-testijiet huma ddisinjati biex ikunu aċċessibbli (għandu jkollhom rampi, bibien wesgħin, liftijiet u toilets b'aċċess għas-siġġijiet tar-roti). Madankollu, il-kompjuters għat-testijiet tfasslu speċifikament b'mod li jiżguraw ambjent ta' testijiet sigur u mhux dejjem ikun possibbli li naġġustawhom għalik. Meta jiġri dan, noffru l-possibilità li t-test isir b'adattamenti speċjali adegwati.

Żommna infurmati
Jekk jogħġbok għidilna bi kwalunkwe bżonnijiet speċjali mill-iktar fis possibbli - jekk tista' fil-formola ta' applikazzjoni inizjali jew hekk kif tinqala' l-problema. Jekk jogħġbok aqra wkoll il-Gwida dwar il-Kompetizzjonijiet Miftuħa. Dejjem tista' tikkuntattjana għal iktar informazzjoni.

Niċċekkjaw is-soluzzjoni li nistgħu noffru miegħek qabel id-data tat-test, sabiex ikollok żmien biżżejjed biex titlob iktar informazzjoni jew tagħmel iktar suġġerimenti.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna