Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Eliġibbiltà
Biex tkun eliġibbli biex tapplika għal kompetizzjoni miftuħa jew proċedura ta' selezzjoni:
- għandek tkun ċittadin ta' pajjiż tal-UE
- għandek tkun intitolat għad-drittijiet kollha bħala ċittadin tal-UE
- għandek tkun wettaqt kull obbligu impost fuqek mil-liġijiet dwar is-servizz militari
- għandu jkollok għarfien tajjeb f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti f'lingwa oħra – tal-anqas waħda għandha tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż
- għall-kompetizzjonijiet tal-lingwa, għandu jkollok għarfien perfett ta' lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi oħra – tal-anqas waħda għandha tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż.
Għandek ukoll tissodisfa kwalunkwe rekwiżit speċifiku mniżżel fl-avviż ta' kompetizzjoni jew is-sejħa għal espressjoni ta' interess rilevanti, fir-rigward tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali. Jekk jogħġbok ara l-Linji Gwida dwar l-esperjenza professjonali u eżempji ta' tipi ta' kwalifiki aċċettati.
Ir-rekwiżiti edukattivi minimi jvarjaw skont il-pożizzjoni.
Ġeneralment:
- il-pożizzjonijiet kollha għal dawk mhux gradwati (livell ta' assistent/gruppi ta' funzjoni II, III) jirrikjedu (tal-anqas) li tkun lestjet l-edukazzjoni sekondarja
- il-pożizzjonijiet kollha għall-gradwati (livell ta' amministratur/grupp ta' funzjoni IV) jirrikjedu li tkun lestejt edukazzjoni universitarja (ta' tliet snin).
Esperjenza ta' xogħol rilevanti taf tkun meħtieġa f'ċerti każijiet.
M'hemmx limitu fl-età, madankollu l-uffiċjali jirtiraw awtomatikamet ta' 65 sena. Għal aktar dettalji, aqra r-Regolamenti tal-Istaff tal-Uffiċjali tal-UE.










